7729. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern
Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu l-persuni li ħallsu
biex daħlu jaraw id-Domus Romana ġewwa r-Rabat Malta tul is-snin 2016, 2017 u
sa issa fis-sena 2018 u jista’ jindika jekk kemm-il darba kienx hemm viżti ta’
tfal tal-iskola u jekk iva kemm marru u jekk ġewx minn skejjel primarji jew
sekondarji? Jista’ jindika wkoll jekk ittieħdux inizjattivi ġodda?
05/11/2018
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat li bejn l-2016, l-2017, u Jannar sa
Settembru tal-2018 in-numru ta’ persuni li ħallsu biex żaru d-Domus Romana kien
ta' 29,039, 31,187, 26,147. rispettivament. Intant infurmat li bejn l-2016 u
l-2017 ma kinitx tinżamm statistika preċiża ta’ kemm żaru studenti dan is-sit.
Madanakollu din is-sistema ġiet modifikata matul din is-sena u b’ hekk jidher
li minn Jannar sa Settembru 2018 żaru dan is-sit 435 student minn skejjel
primarji/sekondarji u 11-il student post- sekondarji. Ninforma lill-Onor.
Interpellant ukoll li 130 student attendew għat-thematic events ġewwa d-Domus
Romana.
Infurmat ukoll li mill-2016 il-quddiem ġie maħdum programm tematiku li huwa
adattat għas-seba’ sena u huwa marbut mal-curriculum
tal-istorja ta’ dik is-sena. Dan jinkludi treasure
hunt u hands on activity li għandha x’ taqsam mal-mosaic u re-enactment
tal-każ Caius Verres.
Seduta 171
21/11/2018
No comments:
Post a Comment