7725. L-ONOR. CARMELO MIFSUD
BONNICI
staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali:
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta’ abitazzjoni proprjetà
tal-Gvern mikrija b’titolu ta’ kera fid-djar tal-Gvern f’Raħal il-Ġdid li fihom
ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?
05/11/2018
ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni
mitluba minnu għas-sena 2018, dwar ħsarat strutturali fid-djar mikrija
mill-Gvern jew l-Awtorità tad-Djar, f’Raħal Ġdid, hija kif ġej;
- 7 każijiet fejn tlestew it-tiswijiet li
kien hemm bżonn li jsiru
- 5 każijiet fejn għaddejjin bit-tiswijiet
bħalissa
- 15-il każ, fejn it-tiswijiet se jkunu qed
jibdew dalwaqt, bħala parti minn proġett sħiħ ta’ tiswijiet u tisbieħ
fil-blokok sħaħ;
- 25 każ li għadhom pendenti
quddiem l-Awtorità tad-Djar.
Seduta 170
20/11/2018
No comments:
Post a Comment