8.12.18

LAQGĦAT BARRA MINN PAJJIŻNA





7721. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għal-liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li ser jattendi fl-ewwel sitt xhur li tibda l-presidenza l-ġdida s-sena li ġejja?

05/11/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat li ser nattendi huma dawk il-laqgħat li normalment jirrekjedu l-presenza tal-Ministru. Skont il-programm tal-presidenza l-ġdida fis-sena li ġejja, hemm previsti laqgħat informali u formali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni (JHA) filwaqt li hemm ukoll il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (EYCS). Dwar l-EYCS l-attendenza tiegħi għal din il-laqgħa tiddependi mill-aġenda li ser tkun diskussa. Mhux eskluz li jista’ jkun hemm laqgħat oħra fejn il-presenza tiegħi tkun mitluba iżda li s’issa għadhom ma jidhrux fil-kalendarju propost mill-presidenza l-ġdida.

Seduta  169
19/11/2018


No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...