7720. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol:
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għal-liema laqgħat barra minn pajjiżna u
fl-Unjoni Ewropea huwa previst li ser jattendi fl-ewwel sitt xhur li tibda
l-presidenza l-ġdida s-sena li ġejja?
05/11/2018
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Nifhem li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal
laqgħat barra minn pajjiżna fl-ewwel sitt xhur tal-presidenza l-ġdida fl-2019 u
li huma laqgħat relatati direttament mal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni
Ewropea.
Skont il-kalendarju
tal-Kunsill tal-Ministri provdut mill-Presidenza, il-laqgħat li huma relatati
mal-edukazzjoni u x-xogħol huma dawn:
Data
|
Laqgħa
|
15 ta' Frar 2019
|
EYCS (Education) Council
|
15 ta' Marzu 2019
|
Employment, Social Policy,
Health and Consumer Affairs Council
|
10 - 11 ta' April 2019
|
Informal EPSCO
|
22 ta' Mejju 2019
|
EYCS (Education) Council
|
13 ta' Ġunju 2019
|
EPSCO
|
Nixtieq ninforma l-Onor.
Interpellant li għadu kmieni wisq sabiex nikkonferma liema laqgħat sejjer
nattendi partikolarment dwar dawk il-laqgħat li l-kompetenzi tagħhom jaqgħu
taħt aktar minn Ministeru wieħed.
Seduta 169
19/11/2018
No comments:
Post a Comment