8.12.18

PERSUNI LI APPLIKAW GĦALL-GĦAJNUNA SOĊJALI




7734. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet 2017 u kemm sa issa fis-sena 2018? Kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?

05/11/2018

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-nunru ta’ persuni li applikaw sabiex jingħataw l-Għajnuna Soċjali (SA), Għajnuna għad-Diżimpjieg (UA), Għajnuna Soċjali għall-ommijiet singoli (SUP), Għajnuna Soċjali għal dawk illi jgawdu Protezzjoni Sussidjarja (SUA) u Għajnuna Soċjali lil min ikun qed jattendi Programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga jew alkoħol (DAD), matul l-2017 kien ta’ 2,052 persuna, filwaqt illi matul l-2018, sal-ġurnata preżenti kien ta’ 1,510 persuni.

Mill-banda l-oħra n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-istess benefiċċji msemmija u ma baqgħux, matul is-sena 2017 kien jammonta għal 3,133 persuna, filwaqt illi matul din is-sena sal-lum, kien hemm 2,981 persuna.
Seduta  172
26/11/2018


No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...