8.12.18

SPEZZJONIJIET MINN JOBSPLUS – UNLICENSED FOREIGNERS



7722. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm instabu persuni li kienu bħala unlicensed foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Jobsplus tul din is-sena?

05/11/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar kemm instabu persuni barranin jaħdmu bla formola ta` bidu ta` impjieg, fl-ispezzjonijiet li saru mill-ispetturi tal-Jobsplus bejn Jannar sa Settembru 2018, huwa kif se nsemmi:

Ksur ta’ Liġi minn persuni barranin
2018
Barranin mill-EU
Barranin li mhux ġejjin mill-EU
Total ta’ Barranin
Minn Jannar sa Settembru 2018
842
1,121
1,963

Seduta  170
20/11/2018

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...