7723. L-ONOR. CARMELO MIFSUD
BONNICI
staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma
lill-Kamra kemm hemm talbiet pendenti għall-persuni ta’ nazzjonalità li ma
hijiex dik ta’ dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma'
Jobsplus tul dan ix-xahar?
05/11/2018
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor.
Interpellant li fl-aħħar ta’ Ottubru, Jobsplus kellha pendenti 2327 liċenzja
tal-impjieg għal Single Permit li tinħareġ minn Identity Malta u 218 liċenzja
tal-impjieg li toħroġ minn Jobsplus għal kategoriji varji ta‘ ċittadini ta’
pajjiżi terzi.
Seduta 170
20/11/2018
No comments:
Post a Comment