7731. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol:
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni ta’ sess femminil li
bdew jaħdmu fis-sena 2017? Kemm minnhom
bdew jaħdmu għall-ewwel darba u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja
tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati full-time u kemm ġew impjegati part-time?
05/11/2018
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ninforma l-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni
li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u li
reġgħu irritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames snin jew aktar bejn Jannar u
Diċembru 2017, fuq bażi ta’ Full-Time u Part-Time bħala xogħol ewlieni tagħhom,
huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:
Nisa li bdew jaħdmu
għall-ewwel darba bejn Jannar u Diċembru tal-2017
|
Nisa li reġgħu
irritornaw fid-dinja tax-xogħol bejn Jannar u Diċembru tal-2017
|
||||
Full-Time
|
Part-Time bħala xogħol ewlieni
|
Total
|
Full-Time
|
Part-Time bħala xogħol ewlieni
|
Total
|
6,169
|
3,290
|
9,459
|
813
|
886
|
1,699
|
Seduta 171
21/11/2018
No comments:
Post a Comment