8.12.18

NISA FID-DINJA TAX-XOGĦOL


  
7736. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni ta’ sess femminil li bdew jaħdmu tul din sena 2018?  Jista’ jgħid kemm minnhom bdew jaħdmu għall-ewwel darba u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati bħala full-time u kemm bħala part-time?

05/11/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma l-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u li reġgħu irritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames snin jew aktar bejn Jannar u Ġunju 2018, fuq bażi ta’ Full-Time u Part-Time bħala xogħol ewlieni tagħhom, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:

Nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba bejn Jannar u Ġunju ta' 2018
Nisa li reġgħu irritornaw fid-dinja tax-xogħol bejn Jannar u Ġunju ta' 2018

Full-Time
Part-Time bħala xogħol ewlieni
Total
Full-Time
Part-Time bħala xogħol ewlieni
Total

3,483
1,401
4,884
382
421
803


Seduta  172
26/11/2018

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...