23.3.17

SKOLA PRIMARJA TAL-FGURA.


 
32085. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja tal-Fgura li qegħdin fil-Kindergarten u jistax jara jekk huwiex possibbli li jsir ix-xogħol neċessarju sabiex ikun hemm klassijiet aktar sabiex ma jibqax ikun hemm żewġ klassijiet f’kamra waħda?

17/03/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li jattendu l-Kindergarten fl-Iskola Primarja tal-Fgura hu ta’ 264, maqsuma kif ġej:-

K1:          147
K2:          117

Fix-xhur li ġejjin il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ser ikun qed jistudja l-possibiltajiet ta’ estensjonijiet tal-binjiet tal-Iskejjel Primarji fosthom ukoll dik tal-Fgura.

Seduta  498
22/03/2017

No comments:

IMTIEĦEN - RAPPORTI

29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-misto...