23.3.17

MARSAXLOKK – TAS-SILĠ


 
32079. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 31650 jista’ l-Ministru jindika x’passi ttieħdu jew ser jiġu meħuda tul din is-sena fis-sit arkeoloġiku magħruf bħala Tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk?

17/03/2017

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li matul l-2016 saru skavi żgħar madwar ir-razzett u l-ħajt tul Triq Xrobb l-Għaġin. Abbażi ta’ dawn l-iskavi, u b’kooperazzjoni sħiħa mad-Direttorat tar-Restawr, ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jiġi rranġat ir-razzett u jinħolqu faċilitajiet ġodda għall-viżitaturi.
  
Eventwalment se jiġi ppubblikat ukoll ir-rapport finali tal-iskav li sar mill-Missjoni Arkeoloġika Taljana. Intant Heritage Malta qed tħejji draft management plan li jkun jista’ jiġi emendat skond u malli dan ir-rapport jiġi ppublikat.

Seduta  497
21/03/2017

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...