28.3.17

ANZJANI RESIDENTI FI DJAR TAL-ANZJANI – SELF TA’ KOTBA MIL-LIBRERIJI



32195. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’tip ta’ servizzi jistgħu jużaw anzjani residenti fi Djar tal-Anzjani għall-self ta’ kotba mil-libreriji pubbliċi direttament fil-post fejn huma residenti?

21/03/2017
  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Libreriji Maltin f’kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Anzjani u Kura fil-Komunità jagħti servizz ta’ self ta’ kotba lill-anzjani li hemm fid-Dar tal-anzjani fil-Mellieħa.

Isiru wkoll sessjonijiet ta’ qari lill-anzjani ta’ din id-Dar u estendejna dan is-servizz lid-djar tal-anzjani tal-Imtarfa u tal-Mosta. Bħalissa wkoll  Libreriji Maltin qegħda tagħti l-opportunità lil studenti tas-Sixth Form ta’ San Alwiġi jagħmlu sessjonijiet ta’ qari fid-Dar tal-anzjani tal-Imtarfa bħala parti mill-proġett tagħhom tas-Systems of Knowledge. Fil-futur qrib Libreriji Maltin se tkun qegħda toffri servizz ieħor għal dawk li huma housebound.

Seduta  499
27/03/2017

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...