7.3.17

GĦAR ĦASAN – QATRAN


 
31655. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu wara r-rapport li deher fil-ħarġa tal-24 ta’ Frar 2017 tal-Orizzont dwar qatran li nxteħet mal-irdum ta’ ħdejn Għar Ħasan?

01/03/2017

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor Interpellant li Uffiċċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi spezzjonaw is-sit wara r-rapport fil-gazzetta u kkonfermaw li dan iż-żejt kien l-istess li kien ġie mitfugħ fuq l-Irdum tal-Mara ħdejn Għar Ħasan numru kbir ta’ snin ilu. Ma kienx hemm żejt frisk li seta’ intefa’ riċentement.

Seduta  491
07/03/2017

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...