23.3.17

ĦAL GĦAXAQ – SKOLA PRIMARJA – TFAL LI JEĦTIEĠU L-GĦAJNUNA TAL-LSA




 
32083. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-Iskola Primarja f’Ħal Għaxaq fis-sena akkademika preżenti, li jeħtieġu l-għajnuna tal-LSA kif approvati mid-dipartiment u kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu pprovduti b’LSA?

17/03/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li sal-20 ta’ Marzu 2017, fl-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq hemm erbgħa u tletin (34) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA).  Biex jissaportjaw lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm sitta u għoxrin (26) LSA.  Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA. 

Seduta  497
21/03/2017

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...