7.3.17

RAĦAL ĠDID – LIBRERIJA PUBBLIKA - KOTBA




31656. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw u ngħataw b’donazzjonijiet kotba lil-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid kemm kotba ġew mislufa tul l-istess 2016?

01/03/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika ta' Raħal Ġdid tul is-sena 2016 inxtraw 160 ktieb minn Libreriji Maltin filwaqt li 657 ktieb ingħataw b’donazzjoni. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2016 ġew mislufa 27,803 kotba.

Seduta  491
07/03/2017

No comments:

GĦADU ĦAJ

1. Fis-soċjetà li qed ngħixu fiha. Dik li minn barra tidher li qegħda fit-triq li titlef l-għeruq kulturali tagħha. Dik li hija iktar ...