11.10.16

BUS STOP SHELTERS ĠODDA


27173. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 20807, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm bus stop shelters ġew mibnija jew installati ġodda mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-lum?

02/08/2016

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninsab infurmat illi matul din is-sena  Transport Malta ħadet ħsieb it-tiswija ta’ bus shelters eżistenti. 

Infurmat ukoll li Transport Malta qegħda fi proċess li toħroġ Request For Proposals fir-rigward ta’ installazzjoni ta’ numru ta’ Bus Shelters ġodda f’diversi lokalitajiet ġewwa Malta u Għawdex. Din ir-rikjesta hija mistennija li tiġi ippubblikata fil-ġimgħat li ġejjin.

Seduta  425
11/10/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...