25.10.16

WIED IL-GĦAJN – PARK NAZZJONALI - INIZJATTIVI




27281. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u inizjattivi oħra se jittieħdu f’Wied il-Għajn marbuta mal-Park Nazzjonali li hemm? Jista’ jindika wkoll kemm spejjeż huma proġettati li jiġu minfuqa?

05/08/2016

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lil Onor Interpellant li f’Wied il-Għajn hemm il-Park tal-Familja li jinsab ħdejn l-impjant tal-WasteServ li huwa miftuħ għall-pubbliku filwaqt li fuq ix-xaqliba l-oħra ta’ Wied il-Għajn bejn il-Ponta taż-Żonqor u Ta’ Barkat, hemm pjanijiet biex jinbeda l-Park tal-Inwadar.
Fil-Park tal-Familja,  din is-sena sena  infetħu numru ta' toilets ġodda kompluti b'faċilitajiet għall-ġenituri bit-trabi;  inksiet medda oħra ta' art bit-turf artifiċjali  fejn jilagħbu t-tfal  u nħarget offerta ġdida biex tinkesa l-aħħar  biċċa art biex b'hekk kull parti ddedikata għall-logħob tat-tfal tkun miksija.  Huwa pproġettat ukoll li jitwaħħlu sistemi ta’ CCTV cameras u ta' tabelli ta' direzzjoni ġodda li huma reżistenti għall-vandaliżmu.
Huwa pproġettat li tiġi minfuqa s-somma ta’ €180,000 għall-ispejjeż kollha fuq dan il-park fis-sena rikurrenti.
Għar-rigward tal-Park tal-Inwadar qed jiġi abbozzat Avviż Legali biex jitwaqqaf bord tat-tmexxija u jiġi stabilit b’ mod legali l-konfini kollha tal-park. Qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji biex jinħarġu sejħiet għal pożizzjoni ta’ ufficjali biex jibdew jikkordinaw l-entitajiet involuti fl-immaniġjar ta’ dan  is-sit.

Seduta  430
24/10/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...