20.10.16

WIED IL-GĦAJN – SKOLA PRIMARJA – STUDENTI LI JEĦTIEĠU LSA


 
27191. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn fis-sena akkademika 2016/2017 u li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvat mid-dipartiment u kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?

03/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li sas-7 ta’ Ottubru 2016  fl-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn kien hemm sittin (60) student statemented.  Biex jagħtuhom sapport hemm impjegati 42 Learning Support Assistant. Infurmat li dawn l-istudenti statemented kollha għandhom is-sapport meħtieġ.

Seduta  428
18/10/2016


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...