10.10.16

PERSUNI LI HUMA IMPJEGATI FUQ BAŻI PART-TIME




27167. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jindika, skont l-aħħar statistika, kemm hemm persuni li huma impjegati fuq bażi part-time? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impieg part-time wieħed prinċipali? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impieg part-time tagħhom flimkien ma’ full-time?

02/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta' persuni li kienu impjegati fuq bażi part time fl-aħħar ta’ April 2016 kien ta’ 59,388 persuna. Minn dawn 35,053 persuna kellha impjieg part time bħala dak prinċipali u 24,335 persuna li kellha impjieg part time kif ukoll full time.

Seduta  424
10/10/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...