20.10.16

Skakkiera fuq il-Fosos


 
1.    Ftit ġimgħat ilu konna lkoll flimkien niċċelebraw il-festi tal-Indipendenza fuq il-Fosos.  Festi li ngħalqu minn meeting li attendew għalih eluf kbar ta’ nies.  Festi li, kif rajna, reġgħu bdew jagħtu iktar demm u ħeġġa.  Sezzjoni partikolari, għal diversi bħali, spikkat.  Kienet dik tal-isport.  Rajna dixxiplini varji jieħdu sehem, b’nies li ġejjin minn setturi differenti jipparteċipaw attivament.

Skakkisti
2.    Fost dawn rajt, bi pjaċir, ġabra kbira ta’ lagħba tal-iskakki.  Skakkisti ta’ dawk li jafu jilgħabu tajjeb ħafna l-logħba taċ-ċess.  Għandi rabta partikolari ma’ din il-logħba jiena wkoll.  Waħda li teħodni lura lejn meta kont immur għand il-mibki Erin Serracino Inglott u nqatta’ nofs ta’ nhar tas-Sibt nitgħallem mingħandu, li kien champion ta’ Malta.  Logħba wara l-oħra, għallimni sew.

Mossi u kontro-mossi
3.    Fuq dik l-iskakkiera, il-bord tal-logħba taċ-ċess, li fiha 64 skakk alternattivi suwed u bojod, kont bdejt nagħraf u nieħu lezzjonijiet futuri li servewni sew.  Fuq dawn iċ-ċangaturi ta’ dak is-sett f’dik l-iskakkiera għażiża ħafna għalih tgħallimt.  L-ewwelmossi u ovvjament il-kontro-mossi futuri u kkumplikati li l-mossi jġibu; it-tieni, il-valur ta’ kull waħda mis-sittax-il biċċa li kien ikolli f’idejja, u t-tielet, li hemm linja ta’ rażan bejn il-logħba u r-rebħ jew telf tagħha.

Malti preċiż
4.    Tgħallimt l-ismijiet ta’ diversi li kienu għamlu ġieħ u niżżlu isimhom f’rebħiet mondjali.  Kif ukoll l-ismijiet bil-Malti preċiż u dirett tiegħu ta’ dak kollu li l-logħba għadha, bil-famuż skakk li kien isejjaħli kull darba li r-re nsibu minnu taħt attakk.  Iċ-ċess fiha ħafna x’toffri: f’din il-logħba li tintlagħab bejn tnejn fuq dik l-iskakkiera b’sittax-il biċċa kull naħa, suwed naħa u bojod li jibdew fuq l-oħra.

Valur edukattiv
5.       Hemm, u hekk kien hemm għalija, valur edukattiv fl-iskakki.  Niftakar li xi snin ilu, il-Gvern Spanjol kien iddeċieda li jagħmel is-suġġett wieħed obbligatorju fl-iskejjel.  Ingħad bħala ġustifikazzjoni li: “it improves memory and strategic capacity, teaches students to make decisions under high pressure and develops concentration”.  Għodda vitali fid-dinja partikolari u kumplikata tallum.

Aspett negattiv
6.       Hemm fuq in-naħa l-oħra l-aspett li wieħed irid joqgħod attent għalih.  Għax hemm mumenti meta min jitlef jispiċċa jaħseb li l-ħajja hija wkoll logħba taċ-ċess, mentri kif nafu, m’hijiex.  Dan fuq żewġ livelli.  L-ewwel għax hemm min jikkunsidra l-logħba kamp ta’ battalja fejn telfa jeħodha bil-kbir u l-għan tiegħu jispiċċa li jkun id-distruzzjoni tal-avversarju.

Fil-kamp politiku
7.       Fit-tieni, hemm dawk li jiġu mill-kamp politiku li jintilfu jimmaġinaw li l-bnedmin huma biċċiet mis-sittax li jkollhom f’idejhom.  Fejn jispiċċaw iħawdu fl-importanza tal-biċċiet ma’ dik tal-valur tal-bniedem.  Fejn jissagrifikaw dak li m’għandhomx u jżommu dawk li m’għandhomx.  Biss, kif jgħidu: “But Chess is only Chess”.

Minn età bikrija
8.       Hemm f’din l-arti li titwieled minn dik tal-ġudizzju li l-logħba taċ-ċess lin-nies tar-raġuni tagħti.  Ċert f’dan, għalhekk li iktar ma jkollna żgħażagħ li jiġu mgħallma din il-logħba minn età bikrija, ikun aħjar għalihom u għas-soċjetà.  Kien għalhekk żgur pass għaqli u tajjeb tal-kollega l-frosta David Agius li kien xprun biex l-iskakkiera tiġi fuq il-Fosos.

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...