26.10.16

ANZJANI LI KIENU QED JIRĊIEVU PENSJONI KONTRIBUTORJA KIF UKOLL PENSJONI KONTRIBUTORJA (PENSJONI TAS-SERVIZZ).




27391. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu n-numru ta’ pensjonanti f’pajjiżna li sal-aħħar ta’ Ġunju 2016  kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja kif ukoll pensjoni kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)? Jista’ jiġi indikat kemm minnhom qed jirċievu inqas minn €500 fix-xahar?

18/08/2016

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru totali ta’ pensjonanti, eskluż pensjonanti imħallsin pro-rata taħt xi ftehim bilaterali jew ir-regolamenti tal-UE tas-sigurta’ soċjali, li sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja kif ukoll pensjoni kontributorja (Pensjoni tas-Servizz) huwa ta’ 74,991.

Minn dawn, dawk li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet imma eskluż kull dħul ieħor li jista’ jkun li għandhom, kien anqas minn €500 fix-xahar sal-aħħar ta’ Ġunju 2016, kien ta’ 16,356, skont it-tabella murija hawn taħt:

Tip ta' Pensjoni
Numru ta' Pensjonanti
Pensjoni Kontributorja
9,162
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
7,194*
Total
16,356
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali biss

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.

Fil-każ tal-persuni tas-7,194 ikkwotati fuq li għandhom pensjoni tas-servizz aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew il­€500 fix-xahar.

L-istatistika pprovduta tinkludi ukoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar. 

Iċ-ċifra mgħotija tinkludi ukoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €500 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja ikunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.

Seduta  433
26/10/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...