20.10.16

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – TALBIET LILL-UFFIĊĊJU TAL-OMBUDSMAN DWAR L-OPERAT TAL-MINISTERU


 
27182. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, rigward l-operat tal-Ministeru , dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?

02/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta’ talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, hu kif se nsemmi:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Saru 33 każ mill-Ombudsman lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, li minnhom:

8 huma każijiet pendenti;
3 huma każijiet li ngħalqu fuq talba ta’ min għamel l-ilment;
20 huma każijiet li ngħalqu favur il-Ministeru;
2 huwa każ li ngħalaq permezz ta’ azzjoni ta’ rimedju min-naħa tal-Ministeru.

Kien hemm ukoll 5 każijiet li nbdew qabel l-1 ta’ Ottubru 2015 iżda ġew konklużi wara din id-data.  Minn dawn il-każijiet:

1 huwa każ li ngħalaq fuq talba ta’ min għamel l-ilment;
4 huma każijiet li ngħalqu favur il-Ministeru.

Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
Ninsab infurmat li kien hemm każ wieħed li huwa pendenti.

Libreriji Maltin
Ninsab infurmat li kien hemm 3 każijiet, li minnhom wieħed (1) ġie konkluż favur l-entità, u tnejn (2) huma pendenti.

Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST)
Ninsab infurmat li kien hemm 9 każijiet, li minnhom
1 huwa każ li ngħalaq fuq talba ta’ min għamel l-ilment;
3 huma każijiet li ngħalqu permezz ta’ azzjoni ta’ rimedju min-naħa tal-MCAST;
3 huma każijiet li ngħalqu favur l-MCAST;
2 huma każijiet pendenti.

Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
Ninsab infurmat li kien hemm każ wieħed (1) li ngħalaq fuq talba ta’ min għamel l-ilment.

Sport Malta
Ninsab infurmat li kien hemm 8 każijiet, li minnhom 7 ġew konklużi favur l-entità, u wieħed (1) ġie konkluż permezz ta' medjazzjoni bejn l-entità u l-partijiet konċernati.

Università ta’ Malta
Ninsab infurmat li kien hemm 24 każ, li minnhom 9 huma pendenti, 8 ġew konklużi favur l-Università ta’ Malta, u 7 ġew riżolti permezz ta’ rimedju mill-Università ta’ Malta.

Seduta  427
17/10/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...