13.10.16

PERSUNI REĠISTRATI BĦALA EU NATIONALS LI QEGĦDIN JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL





27180. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid, sal-aħħar statistika li għandu d-dipartiment relattiv, kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala EU Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol  f’pajjiżna? Jista’ jindika dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?

02/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ Awwissu 2016 kien hemm 74 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru bħala EU Nationals.  It-tabella t’hawn taħt turi n-nazzjonalità rispettiva tagħhom, kif se nsemmi:

Nazzjonalità
Reġistranti
Awstrija
1
Belġju
1
Bulgarija
5
Repubblika Ċeka
2
Danimarka
1
Franza
4
Ġermanja
1
Greċja
1
Ungerija
6
Irlanda
1
Italja
20
Polonja
5
Rumanija
3
Spanja
6
Renju Unit
14
 EU Nationals
71



EEA & EFTA
1


EU Dependents
2


 Total
74

Seduta  426
12/10/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...