20.10.16

RAĦAL ĠDID – SKOLA PRIMARJA – STUDENTI LI JEĦTIEĠU LSA.

 
27194. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm tfal li jattendu l-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid fis-sena akkademika 2016/2017 li jeħtieġu l-għajnuna ta’ LSA kif approvati mid-dipartiment u kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?

03/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li sas-7 ta’ Ottubru 2016, fl-iskejjel primarji ta’ Raħal Ġdid kien hemm:

Fi Skola Primarja ‘A’ - tlieta u erbgħin (43) student statemented.  Biex jagħtuhom sapport hemm impjegati erbgħa u tletin (34) Learning Support Assistant.

Fi Skola Primarja ‘B’ hemm tnejn u tletin (32) studenti statemented.  Biex jingħataw sapport hemm erbgħa u għoxrin (24) Learning Support Assistant.

Infurmat li dawn l-istudenti statemented kollha għandhom is-sapport meħtieġ.

Seduta  428
18/10/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...