9.6.16

WIED IL-GĦAJN – REATI TA’ SERQ.


 
25872. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq minn Marzu 2015 sa Marzu 2016 f’Wied il-Għajn? Jista’ jindika wkoll kemm ġie kommess serq minn djar privati?

02/06/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru globali ta’ serq rapportat lill-Pulizija fil-lokalita’ ta Marsaskala mill-1 ta’ Marzu, 2015 sal-31 ta’ Dicembru, 2015 kien jammonta għal  mija u erbagħtax (114) il-każ.  Mill-1 ta’ Jannar, 2016 sal-31 ta’ Marzu, 2016 in-numru globali kien jammonta għal sitta u tletin (36) każ ta’ serq.  Serq minn residenzi fil-lokalita ta’ Marsaskala bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Dicembru, 2015 jammonta għal ħmistax (15) il-każ, filwaqt li bejn l-1 ta Jannar, 2016 u l-31 ta’ Marzu, 2016, l-ammont kien ta’ ħames  (5) każi. Informazzjoni aktar dettaljata dwar it-tip ta’ serq rapportat qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  400
08/06/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...