6.6.16

UFFIĊJALI FIĊ-ĊENTRI TA’ DETENZJONI AWTORIZZATI LI JĠORRU ARMA TAN-NAR





25870. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma kemm kien hemm uffiċjali fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni li tul dawn l-aħħar tliet snin kienu awtorizzati li jġorru arma tan-nar u kemm kien hemm każijiet fejn dawn l-armi ttieħdu d-dar magħhom?

02/06/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ħadd mill-persuni li jaħdmu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni m’għandhu l-permess li jġorr arma tan-nar (jew xi tip ta’ arma oħra), ħlief il-ftit membri tal-Forzi Armati ta’Malta li huma mislufa mas-Servizz ta’ Detenzjoni. Dawn il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta la huma awtorizzati u lanqas ma jġorru arma tan-nar fuqhom waqt xogħol fiċ-ċentru. Is-servizz ta’ detenzjoni m’għandhux u qatt ma kellu armi tan-nar, għallanqas taħt din l-amministrazzjoni.

Seduta  399
06/06/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...