14.6.16

WIED IL-GĦAJN – ĠBIR TA’ XAĦAM LI JOĦROĠ MILL-FISH FARMS



  
25885. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk saritx u jekk fin-negattiv jara jekk huwiex possibbli li ssir evalwazzjoni u investigazzjoni ta’ ġbir ta’ dak li qiegħed jissejjaħ mir-residenti ta’ Wied il-Ghajn bħala “xaħam“ li qiegħed jiġi allegat li joħroġ mill-fish farms u li għal numru ta’ drabi qed jinġabar mal-mollijiet tal-istess post?

02/06/2016

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minbarra prattiċi ġodda ta’ kif titma l-ħut, sabiex jitnaqqas il-ħruġ ta’ żejt mill-ikel tal-ħut fl-ibħra tal-madwar, iż-żewġ operaturi fl-inħawi ta’ Wied il-Għajn, minn dan l-istaġun, se jibdew jużaw tagħmir sabiex iż-żejt li joħroġ fl-ilma ta’ madwar il-gaġġeġ, jinġabar. Dan l-iskart jiġi pproċessat skont ir-regolamenti viġenti. Barra minn hekk il-Ministeru m’għandux provi konkreti li dan l’ hekk imsejjaħ xaħam huwa verament ġej mill-gaġġeg tal-ħut u jista’ jkun possibli wkoll li jiġi minn proċessi naturali.

Seduta 402
14/06/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...