14.6.16

ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI – TALBIET GĦALL-PAROLE





 
25881. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi tul dawn l-aħħar tmintax-il xahar u kemm ġew milqugħa, kemm għad hemm pendenti u kemm ġew miċħuda?

02/06/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn Novembru 2014 sa Mejju 2016:

Applikaw għall- Parole: 155 applikant
Ingħataw il-Liċenza tal-Parole: 42 applikant
Ma ngħatawx il-Liċenza tal-Parole: 76 applikant

Pendenti sal-aħħar ta’ Mejju 2016: 21

Seduta  401
13/06/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...