28.6.16

INCOME TAX - RIFUŻJONIJIET



26326. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għandhom jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq l-Income Tax sal-aħħar ta’ Mejju  2016?

20/06/2016

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rifużjonijiet fuq l-Income Tax dovuti sal-aħħar ta’ Mejju 2016 kienu jammontaw €703,666. Dawn jinkludu ammont ta’ €578,101 li dwaru qed nistennew ftehim biex jinqatgħa kontra bilanċ dovut lill-VAT.

Dawn il-figuri ma jinkludux ammonti li kienu ivvizjati, jiġifieri li għadhom mhux legalment dovuti.

Seduta  410
27/06/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...