12.6.16

Niccelebraw is-Sewwa.

.


1. Ix-xahar ta’ Mejju huma wiehed importanti ghall-pajjizna. Ghandna diversi mumenti li fihom nieqfu niccelebraw u nifirhu fuq dak li konna u dak li ahna ahjar illum. Ghadna kif fakkarna  jum il-haddiem fl-1 jum , wara d-dhul ufficjali taghna fi hdan l-Unjoni Ewropeja , kif ukoll l-festa ta’ San Gorg Preca l-ewwel qaddis malti. Naghmlu sew li nzommuhom f’mohhna , f’qalbna, naqraw iktar dwarhom , kitbiethom u nifhmu dawn x’jfisru fil-hajja taghna. Anzi ngharfu iktar kemm jistghu jkunu ta’ ispirazjoni ghalina.

Jservu ta’ ghodda.
2. F’dinja li narawha li tilfet il-boxla hemm dejjem lok ta’ iktar gwidi tajba. U f’dan naccettaw li l-ezempji ta’ bnedmin  bhalna li ghaddew minn diffikultajiet , intoppi, komplikazzjonijiet u azzjonijiet hziena li sofrew, jmexxuna ferm iktar fit-tribulazzjonijiet tal-ezistenza taghna. Jkunu gwida u dawl sabiex nifhmu iktar. Ghax hemm konfort li wiehed jifhem li ohrajn qablek ghaddew minn diversi provi ferm akbar minn tieghek. Bhal ma hemm ukoll balzmu quddiem kif irnexxilhom jghaddu minnhom. Mhux necessarjament jirbhuhom imma l-iktar li ma jithallewx lilhom nfushom jintrebhu minnhom.

Aldo Moro Ezempju ghalina.
3.F’dan x-xahar wiehed ghandu jmur lura ghat-8 ta’ Mejju 1978 proprju tmienja u tlettin sena ilu meta nstab mejjet Aldo Moro gewwa via Caetani, Ruma. Politiku demokratiku kristjan li kien gie mahtuf mill-Brigate Rosse, mizmum ghall-hamsa u hamsin jum u wara barbarament maqtul minnhom. Kien bniedem ezemplari. Persuna li gharaf jittrasmetti fil-hajja ta’ kull jum fil-familja, fit-tghalim universitarju , fil-parlament bhala rappresentant tal-poplu, l-valuri nsara li haddan u pprattika li kienu r-raguni li gie maqtul ghalihom. Mhux dawk kollha li kienu u ghadhom demokristjani ghaddew mill-istess triq u passjoni li ghadda huwa. Diversi bghatew ghax zammew sod u car ma dak li kienu jemmnu fih. Imma triqtu kienet unika. 

Jibqa rilevanti.
4.Moro jibqa rilevanti. L-ewwel ghax fid-dibattitu li qieghed jinfirex fost uhud wiehed ghandu jimmarka mill-gdid li huwa possibbli li tkun ghas-servizz tal-istat u tal-pajjiz meta thaddan l-valuri nsara. T-tieni ghax politiku fi hdan partit li jispira, jmexxi lilu innifsu u jhares li jixrob minn dawn il-principji ma jistghax jkun wiehed maghluq ghal dawk li jipprofessaw r-religjon kattolika jew nisranija biss imma jrid jkun miftuh u jikkonvinci lil ohrajn. T-tielet ghax politiku li huwa kommess f’din il-linja tas-sewwa ghandu bzonn li jkollu l-appogg ta’ dawk li jridu jibdlu is-socjeta biex jassiguraw fiha  iktar  gustizzja , paci u liberta.

Il-Gustizzja Socjali.
5. Aldo Moro ghex hajja man-nies u ghan-nies. Kien hu li kien strumentali sabiex tinzamm l-istabilita politika f’pajjiz li ra diversi xenarji minn wara t-tieni gwerra mondjali. Kien l-bniedem li flimkien ma ohrajn bhal Giorgio La Pira, Giuseppe Dosetti, Amintore Fanfani assigura li l-agenda marbuta mal-gustizzja-socjali tiehu prominenza fil-hidma tal-Gvern. D-diversi passi li gew minnu mehuda servew sabiex nbena stat socjali li assigura li dawk li qedhin taht jitilghu l-fuq, li l-gid nazzjonali jigi mqassam ahjar. Assigura li ma jaccettax s-socjeta kif inhija imma li jara li fejn hemm ingustizzja fejn hemm sfruttament jkun hemm l-intervent dirett tal-istat biex dan jigi rimedjat. Dak li sehh f’dawk is-snin ghadu attwali sal-lum, ghadu ta gwida ghal min jrid jservi fis-sewwa.

Ix-xoghol ghandu  valur uniku. 
6. F’socjeta fejn  min huwa komdu b’dak li ghandu ma tantx jiccaqlaq favur min ma huwiex. Biss dan il-bniedem kien u zamm ruhu ispirat minn numru ta principji li fihom gharaf x-xoghol bhala strument fil-bidla ta’ hajjet il-bniedem. Idejat , gwidi li ghadhom rilevanti sal-lum li bil-permess taghkom qieghed nislet bictejen minnhom. L-ewwel “Il lavoro e’ l’operosa richiesta di vivere della persona umana. Questa “personalita” del lavoro, che serve l’uomo, che fa l’uomo libero e’ indissolubile dal suo concetto. La persona nel lavoro rivendica il diritto ,afferma il dovere di vivere.” It-tieni “La richiesta di compenso, di giusto compenso, non e cosa sulla quale si possa sorvolare, che quasi attenda di essere perdonata. Un uomo che domanda di vivere ed affermare il significato economico del suo lavoro va rispettato.”

Ghall-Gid tal-Proxmu.

7.Meta wiehed jkollu l-pacenzja jmur lura u jerggha jaqra u jezamina dak li ghamlu ta qabilna jifhem li  hemm dejjem missjoni, sejha sabiex l-affarijiet jimbidlu. Jifhem li f’socjeta bhal taghna minkejja dak kollu li jinghad hemm dejjem iktar bnedmin li qed jsofru ingustizzji u jigu sfruttati b’mod partikolari fid-dinja tax-xoghol. Proprju ghalhekk li hajjet Aldo Moro kienet u tibqa wahda li tispira u ssahhah lil dawk kollha li jridu jkunu strumenti ghas-sewwa u ghall-proxmu taghhom.

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...