14.6.16

ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI – SERVIZZ TA’ MEDJAZZJONI





 
25880. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi qegħdin jittieħdu fil-preżent sabiex is-servizz ta’ medjazzjoni taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi jiġi offrut aħjar? Jista’ jinforma jekk effettivament sarux sessjonijiet ta’ medjazzjoni u jekk iva kemm?

02/06/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bħala waħda mill-Budgetary Measures għas-sena 2016, irid jibda jitħaddem il-Victim Offender Mediation. S’issa s-sessjonijiet tal-Victim Offender Mediation ma setgħawx jibdew minħabba li kellu jinbena l-qafas sabiex dan jista’ jitħaddem sew u jiġi evitat is-secondary victimisation. Madanakollu sabiex il-medjazzjoni taħdem aħjar saru diversi inizjattivi fosthom:

·               Saru diversi laqgħat regolari, bejn il-membri tal-Victim Offender Mediation Committee sabiex isiru l-preparamenti kollha neċċessarji sabiex jitwaqqaf il-Victim Offender Mediation. F’dawn il-laqgħat tfassal il-Victim’s Charter, kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti, kif ukoll id-dokumenti kollha meħtiega sabiex ikun jista’ jitħaddem il-medjazzjoni (bħal referral form, u l-kuntratt ta’ bejn il-partijiet);
·               Rilokazzjoni għall-bini ġdid sabiex jista’ jiġi implimentat il-medjazzjoni, f’bini iktar mgħammar u addatat għal dan, li jinkludi waiting area separat mill-offenders, kamra sabiex isiru l-laqgħat bejn iż-żewg partijiet, jiġifieri bejn il-vittma u l-offender, kif ukoll ġew implimentati mi¿uri ġodda relatati mas-sigurtà;    
·               Saru xi laqgħat mal-istakeholders relevanti, bħal-laqgħa mad-dekan tal-liġi;
·               Sar ukoll programm ta’ taħriġ għall-medjaturi prospettivi (fuq firxa ta’ diversi xhur u nħareġ ukoll ċertifikat ta’ parteċipazzjoni).
·               Tfasslet l-Expression of Interest sabiex isir sejħa għall-medjaturi prospettivi;

Seduta  401
13/06/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...