6.6.16

WASTESERV – ĦLAS LIR-RESIDENTI TA’ WIED IL-GĦAJN.





25869. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn ir-residenti ta’ Wied il-Għajn għadhom ma rċevewx il-ħlas tal-kumpens mingħand il-WasteServ kif kienu qegħdin jirċievu fis-snin ta’ qabel? Jista’ jindika wkoll kemm hemm persuni ntitolati? Jista’ jindika kemm qiegħed komplessivament jitħallas?

02/06/2016

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawn iċ-ċekkijiet ser jitqassmu fl-aħħar ta' dan ix-xahar. Skont l-informazzjoni provduta mill-ARMS, il-persuni intitolati jammontaw għal ftit iktar minn 16,000 persuna u l-ammont huwa stmat li jiswa madwar €295,000.

Seduta 399
06/06/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...