
2. Għalhekk ikunu lesti li jwettqu minn kollox. Kif ngħidu: lesti li jbiegħu ruħhom,
l-importanti li jżommu f’idejhom dak li tant isir għal qalbhom, dak li verament
jiddominahom. Isiru persuni li tant
jintilfu li jibdew iwettqu anke l-iktar ħwejjeġ żbaljati, ħżiena u kontra
n-natura tal-bniedem. Kull persuna li
tingħata poter trid tibża’ minnha nfisha u mill-istess poter. Hemm ġlieda li trid issir f’qalb kull bniedem
biex jassigura li huwa hu li jiddomina l-poter u mhux li jiġi maħkum u dominat
minnu. Il-bniedem modern, dak li aħna
niddefinixxu bħala “raġel” huwa l-persuna li jibqa’ minn fuq. Dak li ma jwettaqx ħwejjeġ kontra l-proxxmu
sabiex iżomm lilu nnifsu hemm. Jaħrab
it-tentazzjonijiet u jżomm lilu nnifsu ċar u dirett fil-missjoni ta’ servizz
għall-bnedmin fis-sewwa.
3. Nagħlqu s-sena preċiż wara l-festa mbierka tal-Milied,
bit-tifkira tal-massakru tat-trabi innoċenti.
It-trabi, fiż-żewġ Testmenti, għandhom sehem importanti. Diġà Salamun jiġi mitlub jiġġudika bejn żewġ
ommijiet li qed jiddikjaraw il-maternità tagħhom. Fortunatament isib is-soluzzjoni proprju għax
l-omm it-tajba tippreferi l-ħajja għall-wild tagħha iktar mill-poter tagħha
fuqha. Kompli wara bl-ordni snaturata,
bestjali u li qatt ma tista’ tiġġustifika ta’ mexxej anzjan li biex jibqa’
jżomm permanentement il-poter jordna l-qtil tat-trabi. Il-biża’ li hemm tarbija li għada pitgħada
ser teħodlu x-xettru twasslu f’dik it-triq.
Il-qari tal-Vanġelu fuq dan, minnu nnifsu jbeżżgħek, ikexkxek u
fl-istess ħin ifakkrek f’din il-lezzjoni immortali. Qatt xi ħadd jista’ jaċċetta dan l-aġir jekk
ma jkunx żbaljat minn ġewwa fih?
4. L-għażla qegħda hemm għal kull persuna, f’kull mument ta’ ħajtu. Iktar ma jitla’ ‘l fuq, iktar irid joqgħod
attent għalih innifsu. Jiftakar u
jirrifletti. Il-poter, f’kull settur,
irid jitmexxa b’attenzjoni, b’valuri nsara: dawk li jħennu, dawk li jħarsu lejn
il-ġustizzja u li jassiguraw il-paċi soċjali.
Mhux veru li biex tkun mexxej tajjeb tal-bnedmin trid tkun bla qalb, bla
skruplu jew bla ebda forma ta’ prinċipji tas-sewwa. L-istorja tad-dinja, għal dawk li jridu
jaqraw u jgħarblu, hija mimlija b’eżempji ħżiena. Ta’ nies li ħakmu u nħakmu u ġiebu biss għaks
u ġuħ għal dawk ta’ taħthom. L-eżempji
għad-disposizjoni tagħna anzi juru li minn dawk li sostnew prinċipji u valuri
nsara ħareġ il-ġid. Minn dawk li jħarsu
lejn id-dinjità tal-bniedem, li jipproteġu d-drittijiet fundamentali tagħhom.
5. Wasalna lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Waħda mimlija b’eventi. Rajna dak li ma kellniex, konna xhieda f’dak
li ma kellux ikun. Biss, minn dan
m’għandniex nibżgħu imma għandna nieħdu eżempju. L-ewwel, sabiex min qabad it-triq li jaħseb
li fil-ħajja l-poter qiegħed hemm biex jiġi utilizzat bla skruplu u bla forma
ta’ ebda dinjità jmur lura minnha.
It-tieni, sabiex nitgħallmu li mill-azzjonijiet ħżiena frott li
jittiekel ma jitteħidx. L-esperjenzi
umani hemm qegħdin, għad-dispożizzjoni tagħna.
Irridu nirreaġixxu għalihom. Dan
billi nassiguraw soċjetà fejn il-kultura tal-poter tkun waħda li ma taqax
għat-tentazzjonijiet ta’ Erodi, imma li taħrabhom. Id-demokrazija avvanzata dak hu li twassalna
għalih. Anzi, li titlob minna f’dan il-konflitt
kontinwu li nagħmlu. Id-differenza bejn
id-dittatorjati u d-demokrazija hawn qiegħed.
Mhux sempliċi vot f’elezzjoni ġenerali, imma ferm iktar. Lezzjoni ta’ valuri tajba, ta’ ħidma
għas-sewwa li taħrab milli tiġi maħkuma mill-poter. Is-sena li ġejja ser tkun waħda fejn irridu nkomplu
nikkumbattu għas-sewwa sabiex il-poter ma jaħkimx lill-bniedem.
Nawgura s-Sena t-Tajba lilkom
kollha u lil kull min, b’xi mod, jgħin f’din il-gazzetta.
No comments:
Post a Comment