Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
27.11.24
FID-DRITT JEW BLA DRITT
Kienu ħasbu
2. Illum, f’dak li qiegħed jiġri madwarna għandna d-dmir li nirriflettu. Fi tlett kategoriji ta’ bnedmin, f’dak li setgħu ħasbu. L-ewwel: dawk li kienu mmexxija mill-ideoloġiji żbaljati li n-Nażiżmu kien bena u li l-Imperu Ġappuniż ikkoltiva. Bnedmin li kienu ħasbu li xejn ma jista’ għalihom u setgħu jmorru kontra s-sewwa għas “ġustifikati” mill-għanijiet li riedu jwettqu.It-tieni: dawk id-diversi bnedmin li kienu vittmi ta’ dak li kien qiegħed isir fuqhom inġustament. Fuq quddiem, imma mhux biss, dawk li kienu Lhud. Dawk li għal ebda raġuni ta’ xejn ittieħdu fil-kampijiet tal-konċentrament. Dawk li ma setgħux jifhmu dak li kienu għaddejjin minnu, imma li setgħu ħasbu li kien hemm liġi u id tal-ġustizzja. It-tielet: dawk li wara li spiċċa l-ġlied u fehmu x’verament seħħ, iddeċidew li jagħtu lezzjoni. Li jistabbilixxu li d-demokraziji huma differenti mid-dittatorjati u f’dan superjuri għax tirrenja fihom is-saltna tal-liġi.
Kienu jemmnu
2. Il-ġuristi ta’ wara l-gwerra kienu konvinti minn dan il-proċess determinanti li seħħ f’Nurimberga u wara f’Tokyo. Antonio Cassese (1937-2011), wieħed minn fost dawk l-iktar ġuristi kkunsidrati u stmati, kien qal hekk: “Entrambe espressero il desiderio di punire coloro che si erano resi colpevoli di atrocità e, allo stesso tempo, di prevenire il ripetersi di simili azioni nel futuro, stabilendo parametri di comportamento da rispettare anche in tempo di pace.” (It-tnejn esprimew ix-xewqa li jikkastigaw lil dawk li rrendew ruħhom ħatja ta’ atroċitajiet u, fl-istess ħin, li wieħed jipprevjeni sabiex ma jirrepetux ruħhom fil-futur azzjonijiet simili, billi wieħed jistabbilixxi parametri ta’ mġieba li jridu jiġu rispettati anki fi żminijiet ta’ paċi.) Dak kien il-pass li ried jiddetermina l-bidla għall-ġenerazzjonijiet post-1945 biex ma jkunx hemm aktar atti kontra l-umanità. Sabiex id-dinjità tal-persuna tiġi rispettata fil-paċi u mhux.
Passi fid-Dritt
4. Id-dinja bilfors kienet aħjar, jew almenu kienet determinata li ma tkunx agħar. Għax wara rajna numru ta’ passi fil-liġi li bihom bnejna strutturi u istituzzjonijiet li ma kinux jeżistu qabel. Dawn bl-iskop preċiż li jiddefendu lill-bniedem. Li jiddikjaraw li huwa tant importanti li kull Stat, kull mexxej kien irid jirrispettalu drittijietu. Mhux biss rispett morali, imma iktar, legali. F’din id-direzzjoni d-dinja mxiet sabiex l-ewwel, fl-10 ta’ Diċembru 1948, kellna d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Ġnus Magħquda. Wara, mill-1950, kellna l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani, li fuq it-territorju Ewropew tal-pajjiżi li daħlu membri tagħha ġiet stabbilita Qorti fuq l-Istati kollha sabiex tiddefendi ’l-bniedem kontra aġir żbaljat tal-Istati. Ċertament passi fid-dritt, imma aktar minn hekk, passi kbar fiċ-ċiviltà.
Wara 70 sena
5. L-istess Cassese jgħid li dawn kienu lkoll passi fid-direzzjoni li jilħqu għan importanti: “... per conseguire un minimo di precetti comuni, in virtù dei quali possa essere assicurato almeno il rispetto dei fondamenti essenziali della dignità umana, dovunque nel mondo.” (Biex jintlaħqu minimu ta’ preċetti komuni, li permezz tagħhom ikun almenu jkun assigurat ir-rispett tal-pedamenti essenzjali tad-dinjità umana, f’kull parti tad-dinja.) F’dan però, ġuristi varji huma wkoll fehmu li dawn il-passi legali ma kinux biżżejjed, imma riedu iktar. Passi oħra biex tikber iċ-ċertezza tad-Dritt, u magħha, id-Demokrazija.
Qorti ogħla
6. F’din id-direzzjoni fl-1989, ġewwa Ruma, permezz ta’ trattat ġiet stabbilita l-Qorti Kriminali Internazzjonali. Fortunatament, pajjiżna huwa parti minnha u dan mhux biss bħala firmatarju, imma wkoll permezz tal-Kapitolu 453 tal-Liġijiet ta’ pajjiżna, li daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2003, wieħed u għoxrin sena ilu, proprju f’Jum ir-Repubblika. Fih ġiet stabbilita Qorti Internazzjonali li tiġġudika reati kontra l-umanità. Reati gravi ħafna mibnija fuq dak li seħħ. Diversi dittaturi sabu ruħhom akkużati u kkundannati. Proprju fl-istess linja li l-proċessi f’Nurimberga u Tokyo kienu ħadu. Fejn issa xejn ma għandu, jew jista’ jiġġustifika aġir simili.
Proċeduri dettaljati
7. Hemm pajjiżi, anki Stati demokratiċi, li mhumiex firmatarji. Għar-raġunijiet tagħhom għażlu dan, fosthom l-Istat ta’ Iżrael, mentri dak tal-Palestina huwa. F’wieħed u għoxrin sena li fihom aħna parti, nistgħu ngħidu li nġabret esperjenza legali kbira fl-investigazzjoni, proċeduri u ġudizzji. Di fatti, l-proċedura legali hija ferm iktar dettaljata u attenta. Persuni ma jitressqux b’akkużi taħt arrest bħalna imma llum, il-prosekutur Karim A. A. Khan (1970), li huwa avukat Ingliż, fl-20 ta’ Mejju ta’ din is-sena ressaq tlett talbiet: waħda kontra l-Kap tal-Ħamas, Mohammed Diab Ibrahim Al-Masri (Deif), l-oħra kontra Benjamin Netanyahu (1950), Prim Ministru ta’ Iżrael u Yoav Gallant (1958), li kien il-Ministru tad-Difiża quddiem il-Qorti. Dan b’akkużi varji kontra tagħhom, bil-gravità sħiħa tad-Delitt kontra l-Umanità u dawk ta’ Delitt tal-Gwerra. Wara xhur ta’ dibattitu legali u proċeduri, ftit jiem ilu, proprju fil-21 ta’ Novembru, ġie deċiż li dawn it-talbiet jiġu milqugħa.
M’għandniex immorru lura
8. Sa issa hemm għalhekk talba sabiex jinbdew il-proċeduri li ġiet milqugħa. Stat jista’ f’dan issa jżomm il-proċeduri quddiem din il-Qorti billi jiddikjara li huwa huwa stess li qiegħed jinvestiga jew li nvestiga diġà, kif ukoll li beda jew ikkonkluda hu qabel proċess legali. Iżrael kien u jibqa’ Stat demokratiku li kapaċi jagħraf il-futur tiegħu. Biss din hija ċertament sfida diffiċli aktar u aktar b’Benjamin Netanyahu li fit-2 ta’ Diċembru huwa mistenni wkoll li jixhed fil-proċess ta’ atti ta’ korruzzjoni li huwa ġie akkużat bihom. Dan kollu huwa parti minn proċess legali u neċessarju. Wieħed li jrid isir b’reqqa kbira, iktar u iktar meta qed imiss ma’ dawk li huma fil-poter.
Proċedura
9. Hu min hu, min iwettaq dawn id-delitti għandu jiġi pproċessat, dejjem jekk wettaqhom. Hija dikjarazzjoni ta’ ċiviltà li ma nippermettux li min, dejjem jekk ikun wettaqhom, jaħrab b’impunità. Imma f’dan irid jiġi aċċettat li dak li sar sa issa minn dik il-Qorti la huwa illegali u anqas diskriminatorju. Jista’ jiġi kontestat u difiż skont l-Istatut. Biss, huwa żbaljat li Stati demokratiċi, b’xi mod, jibgħatu l-messaġġ li jistgħu jiġu permessi atti kriminali gravi bħal dawn mingħajr ma jiġu nvestigati u pproċessati. Ħadd m’għandu jieħu l-arloġġ lura qabel l-1945. Għax hemm, flok inkunu fid-Dritt immorru biex inkunu lura kif konna, bla Dritt.
IL-KALKARA - BIGHI - TISWIJIET
22861. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li t-tiswijiet f’Bighi, fil-Kalkara jiġu konklużi u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?
06/11/2024
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li hekk
kif ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, dan
ix-xogħol qiegħed isir minn Infrastruttura Malta, permezz ta’ kuntrattur
mqabbad minnha. Wara li tneħħa
l-materjal kollu li kien hemm wara l-ħajt ikkolassat, u ġew ikkonsolidati
t-truf tal-ħajt li baqa’ wieqaf, issa nbeda t-tfassil tax-xogħol
mill-baħar. Għalhekk, f’dan l-istadju
huwa prematur li wieħed jagħti dati ta’ meta ser jitlesta x-xogħol ta’ restawr
ta’ dan il-ħajt. L-istess jista’ jingħad
għal kemm huwa previst li jiswew dawn ix-xogħolijiet.
Seduta 284
25/11/2024
SPTAR SAN LUQA - TINDIF U L-MANUTENZJONI TAS-SOQFA
22860. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex isir t-tindif u l-manutenzjoni tas-soqfa ta’ dak li qabel kien l-Isptar San Luqa u jekk iva jista’ jgħid meta l-aħħar li sar dan?
06/11/2024
ONOR. JO ETIENNE ABELA: Ninsab infurmat li
bħalissa għadejjin xogħlijiet ta’ spezzjonijiet u skond ir-riżultat tal-esperti
jkunu jistgħu isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fejn u jekk hu meħtieġ.
Seduta 284
25/11/2024
UKRAINA - GĦAJNUNA UMANITARJA - FONDI
22859. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm għadda fondi pajjiżna u kull xort’oħra ta’ għajnuna umanitarja lill-poplu fl-Ukraina kemm ilu li qam il-konflitt?
06/11/2024
ONOR. IAN
BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-invażjoni tar-Russja
fl-Ukrajna, Malta rreaġixxiet mill-ewwel billi offriet konsenja ta' mediċini u
tagħmir mediku li jiswa €1.4 miljun, li waslet fl-Ukrajna fit-22 ta’ Marzu
2022.
Permezz ta’ fondi umanitarji
u ta’ żvilupp, Malta għamlet kontribuzzjonijiet sinifikanti lejn
organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Maqgħuda li qed jipprovdu assistenza
umanitarja fl-Ukrajna. Lejn it-tmiem tal-2022, Malta xtrat żewġ ġeneraturi li
jiswew €52,000 sabiex tappoġġja l-Proġett ta’ Winterization fl-Ukrajna. Barra
minn hekk, Malta wieġbet għal diversi appelli umanitarji minn
organizzazzjonijiet internazzjonali prestiġġjużi, fosthom aġenziji
tan-Nazzjonijiet Maqghuda, biex tgħin lill-Ukrajna u pajjiżi milquta oħra,
partikolarment fir-reġjuni ġirien li laqgħu influssi ta’ refuġjati Ukreni ġewwa
pajjiżhom.
Bejn Frar u Lulju tas-sena
2023, wara sforz kollaborattiv bejn dawk li kienu, Ministeri responsabbli
għas-Saħħa, għall-Intern, għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, u d-Dipartiment
tal-Protezzjoni Ċivili, Malta bagħtet 20 ġeneratur tal-elettriku addizzjonali u
ammont sostanzjali ta’ tagħmir mediku lejn l-Ukrajna. Bejn April u Ottubru tal-istess sena, intefqu
‘l fuq minn €196,000 bħalha appoġġ għall-inizjattivi umanitarji ta’ tneħħija
tal-mini, li huma kruċjali għall-ħidmiet ta’ rikostruzzjoni. L-għajnuna għadha
sejra mill-ewwel ġurnata tal-invażjoni.
Riċentement, f’Ottubru Malta
ffirmat ftehim ma’ Project Hope, wara li identifikat klinika fil-Kyiv Oblast li
teħtieġ rinnovar immedjat. Project HOPE hija organizzazzjoni globali tas-saħħa
u umanitarja b’aktar minn 65 sena esperjenza fit-titjib tas-saħħa u l-benesseri
tal-komunitajiet madwar id-dinja. Se nkunu qed ninvestu €75,000 din
is-sena. Dan l-impenn juri wkoll appoġġ
konkret wara żjara li għamilt fl-Ukrajna aktar kmieni din is-sena, fejn żort
waħda mill-iskejjel mibnija mill-ġdid tagħhom.
S’issa b’kollox, Malta
kkontribwixxiet €613,814 f’għajnuna finanzjarja umanitarja u €1,905,547 oħra
f’għajnuna in-kind, inkluż provvisti mediċi, tagħmir tal-enerġija, u ditekters
tal-mini. Dawn il-kontribuzzjonijiet huma immirati sabiex itaffu t-tbatijiet
tal-popolazzjoni Ukrena. Malta bi ħsiebha tkompli tindirizza l-konsegwenzi
tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna kemm b’mod bilaterali kif ukoll permezz ta’
inizjattivi multilaterali.
Rigward għajnuna li għamilna
ġewwa Malta li nista’ nsemmi huma dawn:
Malta pprovdiet ukoll kura medika lil 325 ċittadin Ukren li jinsabu
f’Malta. Il-valur tal-kura medika li rċevew jammonta għal €86,310.95.
Permezz tal-Awtorità ta’
Malta għall-Edukazzjoni Ogħla u Aktar Avvanzata, Malta neħħiet €1,970 f’miżati
tal-MQRIC għal 34 applikant Ukren. Is-Servizzi Nazzjonali ta’ Appoġġ
għall-Iskejjel ipprovdew ukoll għajnuna b’materjal edukattiv lil 214 -il
student Ukren, biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fl-iskejjel Maltin.
Din l-għajnuna kienet tikkonsisti f’uniformijiet, ikel, fotokopji, kartolerija
u aċċess għal attivitajiet edukattivi u rikreattivi wara l-iskola. Għas-sena skolastika 2022/2023 din l-għajnuna
kienet tammonta għal €179,042. Barra
minn hekk, iċ-ċittadini Ukreni li għandhom status ta’ Protezzjoni Temporanja
huma eżentati minn miżati internazzjonali meta jkunu rreġistrati studenti
barranin f’Istituzzjonijiet Edukattivi tal-Istat, biex b’hekk jiġi żgurat
l-aċċess għall-edukazzjoni mingħajr piżijiet finanzjarji.
Seduta 284
25/11/2024
GAŻA - GĦAJNUNA UMANITARJA - FONDI
22858. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm għadda fondi pajjiżna u kull xort’oħra ta’ għajnuna umanitarja lill-poplu f’Gaża kemm ilu li qam il-konflitt?
06/11/2024
ONOR. IAN
BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa marbuta ma’ bosta
inizjattivi ta’ għajnuna diretta lill-poplu Palestinjan f’Gaża, ix-Xatt
tal-Punent u lil hinn, minn Ottubru 2023 lil hawn, kienet tammonta ‘l fuq minn
630,000 ewro, kif qed jiġi spjegat hekk kif ġej.
Minn perspettiva ta'
assistenza finanzjarja, Malta għenet b'total ta' €415,000 minn Ottubru 2023 'l
hawn lil diversi għaqdiet tan-Nazzjonijiet Magħquda u tas-Salib l-Aħmar li qed
joperaw f'Gaża. Dan l-ammont kien imqassam b’mod speċifiku għal UNRWA, Aġenzija
tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-għajnuna u x-Xogħlijiet fost ir-Refuġjati
Palestinjani (€225,000), WFP Il-Programm Dinji tal-Ikel (€25,000), FAO
Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (€50,000), ICRC Kumitat
Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (€40,000), World Central Kitchen (€50,000) u
l-Għaqda tas-Salib l-Aħmar Eġizzjana (€25,000).
F’koperazzjoni mal-pubbliku,
is-settur volontarju, il-Protezzjoni Ċivili, u l-Ministeru tas-Saħħa, Malta
organizzat donazzjonijiet ta' mediċina, ikel u affarijiet bżonnjużi oħra, fejn
inħarġet spiża ta' €2,323 biex jintbagħat kontejner. Il-mediċina provduta mit-Taqsima
Ċentrali ta’ Akkwist u Provvisti tammonta għal €4,653.59.
Barra minn hekk, Malta għenet refuġjati Palestinjani fil-Libanu u
fis-Sirja, b’kontribuzzjoni ta’ €175,000 fil-qasam umanitarju lejn għaqdiet
tan-Nazzjonijiet Magħquda u s-settur volontarju, fosthom IFRC Federazzjoni
Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-nofs Qamar l-Aħmar, UNHCR Kummissarjat
Għoli tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati, WFP Il-Programm Dinji tal-ikel,
OCHA Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji u YMCA L-Għaqda
Nisranija tal-Irġiel Żgħażagħ.
Fl-istess waqt, minkejja s-sitwazzjoni ħażina f’Gaża, iddeċidejna li
nkomplu noffru għadd ta’ boroż ta’ studju kif nagħmlu kull sena fil-grad ta'
Masters, b'għanijiet li jinkludu reżoluzzjoni tal-kunflitti u s-sigurtà
fil-Mediterran, għajnuna umanitarja (€54,300), u fid-diplomazija (€30,000).
Għas-sena akkademika 2024/2025, dawn jammontaw għal total ta' €84,300. Dawn
il-boroż ta’ studju qegħdin jiġu ipprovduti mill- Università ta’ Malta u
iffinanzjati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l- Kummerċ.
Seduta 284
25/11/2024
SANTA LUĊIJA - TRIQ DAWRET IT-TORRI - ZEBRA CROSSING
22857. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm zebra crossing fl-aħħar parti ta’ Triq Dawret it-Torri f’Santa Luċija fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa?
06/11/2024
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Lulju tas-sena
2024 l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta approvat pedestrian crossing fi Triq Dawret it-Torri, Santa Luċija.
Seduta 284
SANTA LUĊIJA - TRIQ DAWRET IT-TORRI - ZEBRA CROSSING
22856. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm zebra crossing fl-aħħar parti ta’ Triq Dawret it-Torri f’Santa Luċija fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa?
06/11/2024
ONOR. OWEN
BONNICI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza
din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta 284
25/11/2024
KWISTJONI TA' DINJITA
1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...
-
9944. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid ke...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...