11.2.19

GUDJA – PENSJONANTI REĠISTRATI






8633. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7706 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Gudja,li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

01/02/2019





  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;

Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjonanti li qabżu s-70 sena
Nisa
Irġiel
Pensjoni Kontributorja
127
39
7
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
75
3
24
Pensjoni Mhux Kontributorja
18
11
3
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
0
0
0

* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.

Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.

Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.

L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. 

Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Seduta  195
11/02/2019

FGURA – PENSJONANTI REĠISTRATI



  
8632. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7708 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Fgura, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

01/02/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;


Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjonanti li qabżu s-70 sena
Nisa
Irġiel
Pensjoni Kontributorja
458
124
37
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
269
23
106
Pensjoni Mhux Kontributorja
58
23
2
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
3
2
0

* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.

Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.

Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.

L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. 

Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Seduta  195
11/02/2019


SANTA LUĊIJA – PENSJONANTI REĠISTRATI






8631. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7709 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Santa Luċija, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

01/02/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;


Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjonanti li qabżu s-70 sena
Nisa
Irġiel
Pensjoni Kontributorja
154
42
9
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
86
7
46
Pensjoni Mhux Kontributorja
27
6
1
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
0
0
0

* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.

Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.

Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.

L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. 

Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Seduta  195
11/02/2019


PENSJONANTI LI GĦANDHOM PENSJONI TA’ INQAS MINN €600 FIX-XAHAR





8630. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7700 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti preżentement f’pajjiżna, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?

01/02/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ pensjonanti li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet imma eskluż kull dħul ieħor, kien ta’ inqas minn €600, inkluż ukoll il-pensjoni mhux kontributorja u pensjoni mhux kontributorja (Pensjoni tas-Servizz), huwa kif ġej;

Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjoni Kontributorja
21,069
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
8197*
Pensjoni Mhux Kontributorja
4,024
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
7*
Total
33,297
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.

Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra, bħall-Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.

Fil-każ tat-8,197 persuna li qed ikunu kkwotati hawn fuq, illi għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx illi dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.

L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. 

Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hija ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Seduta  195
11/02/2019

ĦAL TARXIEN – PENSJONANTI REĠISTRATI




8629. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7702 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Ħal Tarxien, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom, huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

01/02/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;



Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjonanti li qabżu s-70 sena
Nisa
Irġiel
Pensjoni Kontributorja
374
143
32
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
178
19
71
Pensjoni Mhux Kontributorja
64
26
4
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
0
0
0

* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.

Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħall-Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża, li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.

Fil-każ tal-persuni kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.

L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom, ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. 

Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hija ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Seduta  195
11/02/2019

7.2.19

PERSUNI LI BBENEFIKAW MINN IN-WORK BENEFITS




8628. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7737 u jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2017 u s-sena 2018 u jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?

01/02/2019




  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu benefiċjarji tal-In WorkBenefit fis-snin imsemmija huwa kif ġej;

2017
2018
Nisa
1238
1482
Irġiel
2112
2822

Grazzi għal dan il-benefiċju ġdid, matul is-sena 2017 kien hemm total ta’ 3,350 persuna, li bbenefikaw. Matul is-sena 2018 kien hemm total ta’ 4,304 persuna li bbenefikaw, żieda ta’ 954 persuna fuq is-sena 2017.

Seduta  194
06/02/2019

KUMMISSJONI ELETTORALI – ĠURAMENT GĦAL VOTAZZJONI KMIENI - PERSUNI




8626. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Elettorali hux se taħtar persuni barra minn Malta li quddiemhom jista' jittieħed ġurament skont l-Art. 77(3A)(a) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) biex elettur jivvota kmieni fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali f'Mejju li ġej bħalma kien ġara fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali?

01/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  It-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Seduta  194
06/02/2019

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...