7.2.19

PERSUNI LI BBENEFIKAW MINN IN-WORK BENEFITS




8628. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7737 u jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2017 u s-sena 2018 u jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?

01/02/2019




  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu benefiċjarji tal-In WorkBenefit fis-snin imsemmija huwa kif ġej;

2017
2018
Nisa
1238
1482
Irġiel
2112
2822

Grazzi għal dan il-benefiċju ġdid, matul is-sena 2017 kien hemm total ta’ 3,350 persuna, li bbenefikaw. Matul is-sena 2018 kien hemm total ta’ 4,304 persuna li bbenefikaw, żieda ta’ 954 persuna fuq is-sena 2017.

Seduta  194
06/02/2019

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...