7.2.19

ĊENTRU TAŻ-ŻEJTUN – PERSUNI LI JATTENDU U LI GĦANDHOM NUQQAS TA’ SAĦĦA MENTALI




8621. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7791, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-24 persuna li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali jattendu kull ġimgħa fiċ-Ċentru taż-Żejtun? X’attivitajiet qegħdin jiġu organizzati lil dawn il-persuni matul il-ġimgħa?

01/02/2019

  ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-24 persuna li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali jattendu regolarment kull ġimgħa fiċ-Ċentru taż-Żejtun. Dawn il-persuni isirilhom OT assessment,Taħriġ tal-ADLs inklużi l-impjiegi, l-edukazzjoni, il-kura personali u l-ħiliet domestiċi, jagħtu s-setgħa lill-utenti tas-servizzi biex jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet offruti mill-gruppi soċjali preferuti tagħhom kif ukoll carer programs.

Seduta  193
05/02/2019

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...