11.2.19

PENSJONANTI LI GĦANDHOM PENSJONI TA’ INQAS MINN €600 FIX-XAHAR





8630. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7700 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti preżentement f’pajjiżna, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar?

01/02/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ pensjonanti li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet imma eskluż kull dħul ieħor, kien ta’ inqas minn €600, inkluż ukoll il-pensjoni mhux kontributorja u pensjoni mhux kontributorja (Pensjoni tas-Servizz), huwa kif ġej;

Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjoni Kontributorja
21,069
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
8197*
Pensjoni Mhux Kontributorja
4,024
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
7*
Total
33,297
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.

Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra, bħall-Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.

Fil-każ tat-8,197 persuna li qed ikunu kkwotati hawn fuq, illi għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx illi dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.

L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. 

Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hija ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Seduta  195
11/02/2019

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...