8629. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet
tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija
parlamentari 7702 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati
preżentement f’Ħal Tarxien, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom, huwa inqas minn
€600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu
s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
01/02/2019
ONOR. MICHAEL
FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni
mitluba minnu hija kif ġej;
Tip ta’ Pensjoni
|
Numru ta’ Pensjonanti
|
Pensjonanti li qabżu
s-70 sena
|
|
Nisa
|
Irġiel
|
||
Pensjoni
Kontributorja
|
374
|
143
|
32
|
Pensjoni
Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
|
178
|
19
|
71
|
Pensjoni Mhux
Kontributorja
|
64
|
26
|
4
|
Pensjoni Mhux
Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
|
0
|
0
|
0
|
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss
Huwa importanti li tali
statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.
Il-persuni hawn fuq msemmija
jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħall-Għajnuna Supplimentari,
Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża, li mhux ikkalkulati
fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.
Fil-każ tal-persuni kkwotati
fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta
tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.
L-istatistika pprovduta
tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom, ikollhom aktar minn
€600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni
individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.
Iċ-ċifri mogħtija jinkludu
wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom
pensjoni li hija ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet,
bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed
jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’
anqas minn €600 fix-xahar.
Seduta 195
11/02/2019
No comments:
Post a Comment