5.4.16

STUDENTI NEQSIN MIS-SMIEGĦ– ATTENZJONI U TAGĦLIM




23765. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-istudenti li huma neqsin mis-smiegħfis-sena akkademika preżenti fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja humiex kollha jirċievu l-attenzjoni u t-tagħlim?

04/03/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, l-istudenti b'hearing impairment qed jirċievu l-attenzjoni u t-tagħlim min-naħa tas-servizz u mil-LSAs u l-għalliema tagħhom.

Seduta  369
15/03/2016

GĦALLIEMA LI JGĦALLMU STUDENTI NEQSIN MIS-SMIEGĦ.


 
23764. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm għalliema li qed jgħallmu studenti neqsin mis-smiegħ fis-sena akkademika preżenti fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja? Jista’ jindika meta se ssir sejħa oħra?

04/03/2016

 

ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li f’din is-sena skolastika hemm 13-il Għalliem li qed jgħallmu studenti neqsin mis-smiegħ fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja, għaxra f’Malta u tlieta f’Għawdex. Infurmat ukoll li d-Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudent ma jbassarx li jitlob capacity building għal dan il-post peress li l-kulleġġi kollha huma koperti b’dan is-servizz.

Seduta  369
15/03/2016

STUDENTI NEQSIN MIS-SMIEGĦ



23763. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma neqsin mis-smiegħ fis-sena akkademika preżenti u jindika dan fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja u possibilment skont is-sess?

04/03/2016

ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’din is-sena skolastika hemm 116 studenti li huma hearing impaired li minnhom 57 qegħdin fil-primarja u 59 fis-sekondarja.

Mit-total ta’ 116 studenti, hemm 22 bniet u 35 subien b’hearing impairment fil-primarja u 29 bniet u 30 subien fis-sekondarja.

Seduta  369
15/03/2016

4.4.16

Post in-Nisrani huwa fil-Politika.


1.Ghan-nisrani il-hajja pubblika hija sfida qawwija. Ghandu jidhol, u jippartecipa attivament fiha jew ghandu jibqa kompletament barra minnha?. Sejjer b’dan l-involviment tieghu jmur kontra s-sejha nisranija jew hija parti shiha minnha. U jekk dan huwa minnu , hija parti mil-missjoni tieghu u konsegwentement hemm lok ghal dawk li huma nsara li jridu jiehdu sehem attiv fil-hajja politika .

2.Kien hemm zmien meta l-Papiet seklu ilu ma ppermettewx dan. Imma mitt sena ilu d-direzzjoni inbidlet. B’gabra ta’ nsara mas-sacerdot sqalli Don Luigi Sturzo fit-18 ta’ Jannar 1919 saret sejha ghal bnedmin liberi u b’sahhithom biex jinghaqdu fil-Partit Popolari u jidhlu biex jservu fil-hajja politika. Fejn inghad ghal dawk fis-socjeta “A tutti gli uomini liberi e forti, che in questa grave ora sentono alto il dovere di cooperare ai fini supreme della patria, senza pregudizi ne’ preconcetti, facciamo appello perche’ uniti insieme propugniamo nella loro interezza gli ideali di giustizia e liberta’”.

3. L-appell ta Sturzo kien pero attent hafna u preciz. Rrifera ghal hidma politika li kif kienu qalu u baqu jsostnu fiz-zmien: “ci presentiamo nella vita politica con la nostra bandiera morale e sociale, ispirandoci ai saldi principi del cristianesimo ”. Ghalhekk hidma f’dan minghajr ma jkun partit ghall-insara biss imma miftuha ghal kull min jaqbel mal-programm u hidma politika taghhom.

4. Kien u jibqa pass li biddel l-istorja. Sija ghax nfethet triq li qabel hafna kienu qed jibzaw jiehdu sija ghax permezz taghha il-politika inbidlet fil-kontenut taghha. Ma kienx facili. Matul zmien il-faxxismu u n-nazzizmu diversi politici nsara spiccaw persegwitati, eziljati, mibghuta f’kampijiet tal-koncentrament. Biss l-punt kien sar u l-marka taghhom mhollija. Dan ghax in-nisrani jaghmel sewwa li jidhol fil-hajja politika biex jaghmel l-marka tieghu bil-valuri tieghu. Valuri li jaghmlu u l-esperjenza uriet li ghamlet l-gid lis-socjeta.   

5. Din kienet iz-zerriegha li ghamlet d-differenza fil-hajja politika ta’ diversi pajjizi. L-insara saru l-interlokuturi validi u terga wara t-tieni gwerra dinija saru l-protagonisti ta’ bidliet veloci li wasslu lejn socjetajiet fejn dahlet iktar gustizzja socjali u iktar liberta. Kienu mexxejja bhal Konrad Adenauer, Alcide De Gasperri, Robert Schuman li assiguraw li fl-ewropa d-demokrazzija tigi mizjuda fil-valur nisrani  fejn id-dinjita tal-bniedem tigi effettivament protetta.  Kienu huma li kellhom il-vizjoni ta dak li illum hija l-Unjoni Ewropeja bil-vantaggi shaha hija irnexxilha taghti.

6. Illum ghandna ngharfu li n-nisrani fil-hajja politika huwa element essenzjali fid-dinja moderna u demokratika. Essenzjali ghax ghad ghandu kontribut partikolari ta’ idejat, proposti u suggerimenti li ohrajn ma ghandhomx. Il-politika ma hiex mahmuga tistgha tithaddem  hekk jekk min huwa fuq in-nahha t-tajba jghazel li jhalli l-ispazju ghall-ohrajn u jibqa fis-silenzju. Ghax huwa minnu li diversi joqghodu barra ghax jibzu minn dak li tistgha ssarraf ghalihom, fid-diffikultajiet li wiehed jghaddi minnhom, ghas-sagrificcji li jridu jaghmlu  ghall-hajja professjonali , socjali u familjari taghhom.

7. Biss is-sejha ghal-bnedmin validi ghal dawk li Don Luigi Sturzo u shabu ghamlu ghal dawk liberi minn kull pregudizzju u b’sahhithom fid-determinazzjoni taghhom li jibdlu dak li huwa kontra s-sewwa tibqa wahda valida. Mitt sena wara irridu nirrikonoxxu li mertu ta’ dan il-bniedem s-socjeta taghna nbidlet bil-kontribut tal-insara fil-hajja politika attiva u li s-sejha tieghu tibqa wahda rilevanti moderna, presenti u futura. Ghax n-nisrani ma ghandux jibza ghax postu ma huwiex barra mill-politika izda gewwa fiha.    


It-tmexxija tal-pajjiż



1. Tul din il-ġimgħa dawn l-gżejjer waqfu jiċċelebraw jum nazzjonali -wieħed li jimmarka b’mod ċar li mxejna passi ‘l quddiem ‘l bgħod mill-passat. Illum ftit ħafna, jekk verament għad hawn, persuni li jistgħu iħarsu lura u jixtiequ li pajjiżna baqa monarkija. Is-sistema demokratika għaddiet u f’ħafna għadha għaddejja minn diversi eżamijiet u sfidi. Biss ilkoll nirrikonoxxu li għamlet il-ġid u kapaċi, jekk tintuza tajjeb, tibqa tagħmel hekk. Isservi aktar bħala l-għodda għall-ġid komuni.

2. L-istrutturi, l-istituzzjonijiet huma b’saħħithom, biss min ikun parti mill-klassi politika mhux neċessarjament jifhem li huwa qiegħed hemm ma’ oħrajn għal diversi oħra. Daħlet inkiss inkiss il-linja politika li min għandu l-kmand jiddeċiedi kollox hu mingħajr m’għandu l-bżonn li jkellem, jikkonsulta u jġib l-approvazzjoni tagħhom. Tul din l-leġislatura hemm direttament il-ħin kollu l-ħsieb li qegħdin f’demokrazija imma mmexxu qisna f’monarkija - waħda li tibgħat l-messaġġ li anqas lill-parlament jew lill-ministri l-oħra m’għandha bżonnhom.

3. Ħafna żbalji li qed isiru l-ħin kollu mill-Gvern setgħu u jistgħu jiġu evitati. Ftit ħsieb u ferm aktar konsultazzjoni kienu żgur jżommu dak kollu li qiegħed joħroġ fil-beraħ jum wara jum. Jista’ jkun li hemm min ma jrid jikkomunika ma’ ħadd, ma jkellem lil ebda persuna oħra u jmexxi waħdu. Jista’ wkoll, kif qiegħed jingħad, li hemm min qiegħed jipprova jwassal il-messaġġ għas-sewwa imma ħaddiehor ma jridx la jiftaħ il-bieb wisq anqa jisma. Dan, fih innifsu huwa żbaljat. Biss l-gravità tiegħu tikber iktar għax f’demokrazija hemm bżonn il-kunsens ġenerali u maġġoritarju mhux l-impożizzjoni.

4. L-eżempji tajbin jew ħżiena jibqgħu hemm u jsiru agħar meta jkun hemm ħaddieħor li jitħajjar jimxi bl-istess metodi. Kull partit irid jibni iktar il-bilanċi interni tiegħu, l-istrutturi u meta fil-Gvern il-bilanċ bejn min huwa fil-poter tal-pajjiz u min jibqa lura jiddefendi l-fortizza. Fl-oppożizzjoni żgur li hemm iktar flessibilità u libertà ta’ manuvrar. Dan iħajjar u jmexxi lejn iktar djalogu, diskussjoni u preparazzjoni għall-futur. Preparazzjoni li tibni prattika ta’ proċedura li biha dak li jiġi deċiż fl-opposizzjoni jkun l-istess fil-Gvern u għalhekk mhux b’impożizzjoni iżda b’diskussjoni. Dan sar kull darba mill-Partit Nazzjonalista u kien dejjem il-katalist għall-bidla.

5. Huwa proprju għalhekk li nemmnu li t-tmexxija tal-pajjiż trid tkun verament iktar parteċipattiva - waħda li tiftaħ il-bieb sabiex wieħed jasal għas-sewwa. Proprju iktar għalhekk li qed jiġu organizzati iktar diskussjonijiet politiċi fil-każini tal-partit u barra minnu. Hemm udjenzi varji li jirfsu l-għatba ta’ dawk l-bibien. Hemm min jiġi għall-kumpanija u hemm min jiġi sabiex jisma, jistaqsi u jitkellem. Il-mediċina t-tajba u demokratika li tfejjaq u tipprotegi mill-ħsibijiet monarkiċi jiġu minn dawn l-esperjenzi.

6. Presentement t-tmexxija tal-pajjiż qegħda evidentement f’idejn persuni li, proprju minħabba l-maġġoranza kbira li kienu gabu tlett snin ilu, jaħsbu li xejn ma huwa sejjer imisshom. Ħadd wara ħadd b’folol numerużi il-messagg li jintbgħat barra huwa iktar u iktar dan. Dan huwa evidenti bejn fuq naħa l-apparenti konfort li minkejja dak li qiegħed iseħħ xorta waħda hemm appoġġ popolari u fuq l-oħra l-aljenazzjonijiet fuq dak li ħadd ma jippretendi li jisma’.

7. Għal min isegwi, kull nhar ta’ Ħadd qiegħed joħroġ iktar li hemm żewġ forom ta’ realtajiet. Fuq naħa l-gvern li qiegħed jaħrab mill-problemi li ħoloq u ġab huwa stess, fuq l-oħra l-oppożizzjoni li titkellem fuq dak li qiegħed iseħħ. Iktar u iktar dan huwa ċar għax il-pajjiz qiegħed, mertu tal-messaġġi tal-oppożizzjoni, jifhem li hawn tmexxija żbaljata. Dak li huwa dmir sar issa strument vitali u effettiv sabiex d-demokrazija tkun b’saħħitha u ma jikbrux dawk li qed jissudaw fil-ħsibijiet monarkiċi tagħhom.


8. Wieħed jifhem u jiġġustifika aktar għalhekk għala l-Partit Nazzjonalista ħass li tul l-ġimgħa kellu jgħolli iktar leħnu sabiex jiddefendi lill-membru parlamentari tiegħu, Jason Azzopardi. Jaqbeż u fl-istess ħin jikxef aġir żbaljat. Jaqbeż għall-membru tiegħu għax hekk huwa s-sewwa. Jikxef l-aġir ta’ tmexxija żbaljata li hija mmirata li tintimida, tbeżża u ssikket lill-oppożizzjoni milli ssemma leħinha u turi x’inhija r-realtà preżenti. Għax il-pajjiż haqqu li jkollu Gvern li jmexxi sewwa. Għax it-tmexxija tal-pajjiż għandha tkun f’idejn demokratiċi li jmexxu f’isem il-ġid komuni.        

Ġewwa u Barra.



1.     Il-kalma hija indispensabbli għal ħidmet dawk fil-politika.  Sfortunatament, il-ġimgħat li għaddew neħħew dan u l-klima rridu naċċettaw li nbidlet ta’ taħt fuq.  Hawn wisq instabilità li biddlet il-mod ta’ kif ikun jista’ jservi bl-aħjar mod lill-poplu.  Hawn wisq diskors żbaljat, aġir mhux fil-linja tas-sewwa li qiegħed iħawwad iktar l-ilmijiet.  Hawn ukoll ċaħda u ħarba minn dak li huwa veru.  Il-pajjiż, tul dawn l-aħħar tlett ġimgħat, waqaf idur miegħu nnifsu; mhux jaċċetta dak li qiegħed jirrealizza li għaddej.

2.     Huwa xenarju li f’ċertu sens huwa “ġdid”.  Differenti għax fis-snin li għaddew l-istabilità tal-pajjiż kienet prijorità.  Il-poplu kien beda t-triq li jħalli warajh il-politika u jikkonċentra l-attenzjoni tiegħu fuq dak li jinteressah.  Il-ħin dedikat għal din l-attività naqas proprju għax diversi ħassew li ma kienx hemm dan il-bżonn u dak li kien għaddej ma kienx qiegħed imisshom.  It-trankwillità u l-istabilità fit-tmexxija tal-poter kienu evidenti, anke jekk fl-aħħar leġislatura kien hemm kwistjonijiet oħra.

3.     Il-Partit Nazzjonalista għadda minn ħames snin ta’ problemi oħra differenti.  Kellu min minn fostu li kellu ħsieb u aġenda differenti li wasslu għall-aġir li huwa llum magħruf u kkundannat.  Sitwazzjoni xejn faċli, li ma tantx kienet ta’ għajnuna fix-xenarji nazzjonali li kien hemm għaddejja.  Xorta però, minkejja dan, fil-pajjiż baqgħet tirrenja l-istabilità.  L-ekonomija baqgħet tikber, il-kriżi tal-gwerra ċivili libjana ma ġibitx l-effetti ħżiena li oħrajn bassru, il-kriżi finanzjarja ma ħakmitniex bħal oħrajn u kellna prinċipalment iż-żieda verament qawwija fil-prezz taż-żejt li għakksitna.

4.     Illum il-pożizzjoniji daret.  Il-Partit Laburista fil-Gvern huwa b’saħħtu internament u l-pożizzjoni maġġoritarja fil-Parlament ma hix b’xi mod imċaqilqa.  Vera hemm min mhux qiegħed jaqbel, biss is-saħħa hemm għadha.  L-istabilità fil-partit hemm qegħda, però dik fil-pajjiż intilfet.  Diversi persuni, meta jitkellmu juruk li huma mħassbin ħafna.  Sija dawk li kienu jivvutaw mod u sija dawk li la jridu jew li ser ibiddlu l-ħsieb tagħhom għandhom fuq kollox dan l-inkwiet.  Mhux qed jaraw li l-affarijiet tal-pajjiż sejrin tajjeb.  Dan issa qiegħed jiekol u jinkwieta sew iktar u iktar meta qed jifhmu li miżuri li jippretendu li jseħħu ma humiex sejrin isiru.

5.     Fortunatament il-Parlament jinsab aġġornat.  Il-Gvern għandu issa perjodu qasir ta’ ġimgħatejn li fihom jista’ jqiegħed l-affarijiet lura fl-ordni.  L-Għid il-Kbir, fit-tradizzjoni passata kien mument fejn ċerti deċiżjonijiet jiġu meħuda.  Huwa propizju għax ħafna jkunu ġustament okkupati bl-attivitajiet reliġjużi u allura jkun hemm dak l-ispazju neċessarju għall-ħsieb u r-riflessjoni.  Hemm tista’ tiġi ndirizzata l-għajta li hawn preżentement fit-toroq li qed titlob tmexxija aħjar u toni politiċi ferm inqas qawwija.

6.     Il-pajjiż ma jistax jemmen li fi tlett snin wasalna f’din il-pożizzjoni.  It-temperatura politika tant qabżet kull limitu li ħafna qed jitilfu mill-fiduċja fil-politiċi u qed jiddubitaw mill-effikaċja tal-politika nnifisha.  Naħseb li aħna li għadna nittamaw u naħdmu sabiex inġibu lura din il-fiduċja għandna dmir biex nikkalmaw l-ambjent.  Ebda poplu ma jista’ jimxi ‘l quddiem jekk ma jkollux politiċi tajba u li dawn jagħrfu jutilizzaw għas-sewwa dan l-istrument importanti.  Dan huwa li qed jippretendi l-pajjiż u għalhekk wieħed jifhem għala hawn xettiċiżmu u diskors kontra l-politiċi.

7.     Jekk ma jsirux numru ta’ bidliet, allura s-sitwazzjoni mhix sejra ‘l quddiem.  Il-konsegwenzi ser ikunu, żgur mhux forsi ta’ iktar firda, kif ukoll ta’ iktar attakki bla sens fuq il-persuni milli fuq l-argumenti.  Illum, b’Ħadd il-Palm nimmarkaw il-bidu tal-ġimgħa tal-Passjoni.  Nittama li l-pariri t-tajba jittieħdu.  Li dawk li għandhom esperjenza politika valida u soda, jintervjenu.  Nittama serjament li fl-aħħar tagħha nagħrfu iktar dak li għandna ndaħħlu lura ġewwa fil-politika u dak li għandna noħorġu kompletament ‘il barra.




Fl-Għid il-Kbir.



1.     L-eventi nazzjonali u Ewropej ta’ din il-ġimgħa żammew ħafna minna naħsbu u nirriflettu.  Fuq naħa l-mewt tal-maħbub Arċisqof Emeritu Giuseppi Mercieca, fuq l-oħra dak li kien għaddej minnu l-Belġju.  Mumenti li jwaqqfuk taħseb fuq il-ħajja, fuq il-valur tagħha.  Kif iħarsu oħrajn lejha u kif il-bnedmin għas-servizz tas-sewwa jirreaġixxu fid-dinja.  Fuq naħa l-materjaliżmu u diżumanità ta’ min jaħseb li jista’ jwassal xi forma ta’ messaġġ bl-użu ta’ atti żbaljati li jneħħu l-ħajja lil oħrajn.  Fuq l-oħra dawk li huma mpenjati sabiex ikunu x’ikunu ċ-ċirkostanzi jaħdmu għas-sewwa.

2.     L-aħbar mgħoddija lilna bħal sajjetta mill-Arċisqof Charles Scicluna li l-Arċisqof Emeritu Giuseppi Mercieca kien ser jiġi, u ftit wara ġie hekk, imsejjaħ lura għand il-Missier tagħna xterdet b’qawwa mal-irkejjel ta’ pajjiżna.  Bil-mezzi ta’ komunikazzjoni li l-Knisja qegħda fortunatament tħaddan ippermettiet lill-komunità nisranija li tingħaqad titlob għall-bniedem li mexxiha u pproteġiha.  Kien verament bniedem eżemplari.  Bastun sod għall-valuri nsara.  Attent għal dak li huwa għaddej.  Impenjat mingħajr ma jkun b’xi mod invadenti.  Fejn il-kuraġġ qatt ma naqsu.  Anzi, kien pont ta’ rikonċiljazzjoni u difensur fil-valur li n-nisrani jagħti lis-silenzju.

3.     Kelli x-xorti li niltaqa’ miegħu numru ta’ drabi.  Kien jolqtok fl-abbiltà tiegħu li jifhem mill-ewwel il-pożizzjoni u s-sitwazzjoni.  Preċiż f’dak li jgħid, ebda kelma barra minn postha u konvinċenti.  Fl-istess ħin mimli b’attenzjoni għall-bnedmin li għandu quddiemu.  Dak li għandu jgħid jgħidu fuq il-frekwenza li jagħraf lil min għandu quddiemu ser jifhem u jgħożż.  Kien f’dan flessibbli għall-aħħar għax ma kellu ebda forma ta’ fruntiera mentali, int min int, ġej minn liema klassi jew pożizzjoni fil-ħajja u soċjetà, huwa ser jirnexxilu jikkomunika direttament u personalment miegħek.  Ladarba jirrikonoxxi li hemm problema u li jista’ jsib soluzzjoni għaliha kien dlonk jitlaq.  Ma kienx mal-ħaġra t-tajn, għax ħadd ma kien jippretendi dan minn min irid jieħu deċiżjoni f’postha.  Biss, il-pass kien jittieħed, u jsir.  Dejjem għax konvint u talab li dak lis er iwettaq huwa għat-tajjeb.  Ċert li ħafna bħali għandhom din l-esperjenza x’jgħozzu.

4.     Wasal fil-ħatra tiegħu f’mument partikolari fil-ħajja soċjali, reliġjuża u politika ta’ dawn il-gżejjer: wieħed li kien jaħraq u mimli xewk.  Ħatra li huwa ma ġeriex warajha imma li b’umiltà aċċetta.  Kellu temperament u metodu differenti minn dak li l-pajjiż u l-Knisja kienu mdorrija bihom qabel, fejn ried jirbaħ il-fiduċja ta’ dawk ġewwa l-istess Knisja Kattolika, kif ukoll ta’ diversi fil-poplu li, għal raġuni jew oħra, ma kinux fehmu dik l-għażla.  Ħa għalhekk fuqu piż xejn faċli, fejn biddel id-direzzjoni mingħajr ma b’xi mod ċeda jew aċċetta dak li ma kellux.  Hu li kien għadu ġdid, mhux magħruf, żgħir, ġej minn ġenerazzjoni oħra sab ruħu jrid jikkonfronta lil min kien stabbilit, fl-aqwa tal-karriera politika tiegħu, fejn ftit kienu jikkontradiċuh.  Dan, kif nafu tajjeb ħafna llum, wettqu b’diliġenza u determinazzjoni.  Jieqaf b’saħħa tad-dgħjufija apparenti tal-kelma u, fl-istess, kalamita għal dak li ma kinux iqisu ruħhom parti mill-Knisja.  Pożizzjonijiet, azzjonijiet, diskorsi f’waqthom, f’posthom, la iktar anqas inqas.  Kien kjarament jaf x’inhuwa jagħmel.

5.     Kien f’dan ukoll il-bniedem tar-rikonċiljazzjoni.  Għax waqt li waqaf għal dak li kien bla sens u ta’ ħsara għas-soċjetà, kien miftuħ għal dawk li riedu jaraw u jħaddnu l-verità.  Żamm il-pożizzjoni anki jekk kien hemm għaddej theddid, vjolenza u intolleranza kbira, fejn anke l-Kurja Arċiveskovili, proprju faċċata tal-Pulizija, fil-qalba tagħha sabet ruħha attakkata u b’ferita ikbar fejn anki immaġini reliġjużi ġew imkissra, mfarrka b’disprezz.  Kienu mumenti iebsa għalih u għall-insara kollha, fejn għall-ewwel darba f’sekli sħaħ, dak li kien għal qalb il-maġġoranza tal-poplu kien qiegħed jiġi mkasbar fix-xejn.  Fejn il-materjaliżmu ateju, anti-uman u bla sens ħareġ f’forom strambi.  Mess f’dak il-mument partikolari direttament mal-banalità li l-ħażen kapaċi jipproduċi.
6.     Kien il-bniedem li ġieb lill-Knisja Kattolika u lill-insara warajh biex jieqfu u ma jaċċettawx, b’ebda mod, dak kollu li kien qiegħed jiġi propost.  Proposti anti-kattoliċi u li bihom kienet qegħda tikber iktar il-firda.  Kienu f’dan mumenti jaħarqu li ebda mexxej reliġjuż ieħor qablu ma għadda minnhom, fejn fihom u bihom huwa ġie mbaskat fil-figura li lkoll illum ngħarfu li kellu.  Iż-żmien, iċ-ċirkostanzi, il-prinċipji tiegħu sarrfuh sabiex b’sebgħa u għoxrin sena t-tafal fi ħdan dak is-saċerdot għawdxi jsir l-aqwa u l-iktar sod.  Minn ġewwa mimli bis-sens u s-sustanza nisranija, fuq barra umli, determinat u preparat għal dak li kien ser jiġi fuq il-maħbuba Knisja Kattolika.

7.     Baqa’ hekk anki meta, wara li talab hu, spiċċa mill-kariga.  Baqa’ n-nisrani li jrid iwassal il-missjoni u jevanġelizza.  Niftakar u fl-istess ħin ngħożż il-jum li sabni fil-kappella tal-isptar Mater Dei, preċiż wara l-operazzjoni li kont għaddejt minnha.  Kont skantajt, u fl-istess ħin fraħt, li kien ġie biex jarani.  Kliemu jibqa’ f’moħħi u jiġu lura f’ħafna mumenti li nsibni fihom.  Naf li għamel dan ma’ ħafna oħrajn bħali.  Għalhekk, proprju f’dawn il-jiem tal-Għid il-Kbir, ma għandix dubju li l-poplu qiegħed jirrikonoxxih iktar u iktar bħala dak il-bniedem attent, mimli prudenza li ddedika ħajtu għall-oħrajn.


KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...