23763. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm
studenti li huma neqsin mis-smiegħ fis-sena akkademika preżenti u jindika dan
fil-livelli tal-primarja u tas-sekondarja u possibilment skont is-sess?
04/03/2016
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’din is-sena
skolastika hemm 116 studenti li huma hearing
impaired li minnhom 57 qegħdin fil-primarja u 59 fis-sekondarja.
Mit-total ta’ 116 studenti,
hemm 22 bniet u 35 subien b’hearing
impairment fil-primarja u 29 bniet u 30 subien fis-sekondarja.
Seduta 369
15/03/2016
No comments:
Post a Comment