1. Tul din il-ġimgħa dawn l-gżejjer
waqfu jiċċelebraw jum nazzjonali -wieħed li jimmarka b’mod ċar li mxejna passi ‘l
quddiem ‘l bgħod mill-passat. Illum ftit ħafna, jekk verament għad hawn,
persuni li jistgħu iħarsu lura u jixtiequ li pajjiżna baqa monarkija.
Is-sistema demokratika għaddiet u f’ħafna għadha għaddejja minn diversi eżamijiet
u sfidi. Biss ilkoll nirrikonoxxu li għamlet il-ġid u kapaċi, jekk tintuza
tajjeb, tibqa tagħmel hekk. Isservi aktar bħala l-għodda għall-ġid komuni.
2. L-istrutturi,
l-istituzzjonijiet huma b’saħħithom, biss min ikun parti mill-klassi politika
mhux neċessarjament jifhem li huwa qiegħed hemm ma’ oħrajn għal diversi oħra. Daħlet
inkiss inkiss il-linja politika li min għandu l-kmand jiddeċiedi kollox hu mingħajr
m’għandu l-bżonn li jkellem, jikkonsulta u jġib l-approvazzjoni tagħhom. Tul
din l-leġislatura hemm direttament il-ħin kollu l-ħsieb li qegħdin f’demokrazija
imma mmexxu qisna f’monarkija - waħda li tibgħat l-messaġġ li anqas lill-parlament
jew lill-ministri l-oħra m’għandha bżonnhom.
3. Ħafna żbalji li qed isiru
l-ħin kollu mill-Gvern setgħu u jistgħu jiġu evitati. Ftit ħsieb u ferm aktar
konsultazzjoni kienu żgur jżommu dak kollu li qiegħed joħroġ fil-beraħ jum wara
jum. Jista’ jkun li hemm min ma jrid jikkomunika ma’ ħadd, ma jkellem lil ebda
persuna oħra u jmexxi waħdu. Jista’ wkoll, kif qiegħed jingħad, li hemm min
qiegħed jipprova jwassal il-messaġġ għas-sewwa imma ħaddiehor ma jridx la jiftaħ
il-bieb wisq anqa jisma. Dan, fih innifsu huwa żbaljat. Biss l-gravità tiegħu
tikber iktar għax f’demokrazija hemm bżonn il-kunsens ġenerali u maġġoritarju
mhux l-impożizzjoni.
4. L-eżempji tajbin jew ħżiena
jibqgħu hemm u jsiru agħar meta jkun hemm ħaddieħor li jitħajjar jimxi
bl-istess metodi. Kull partit irid jibni iktar il-bilanċi interni tiegħu,
l-istrutturi u meta fil-Gvern il-bilanċ bejn min huwa fil-poter tal-pajjiz u
min jibqa lura jiddefendi l-fortizza. Fl-oppożizzjoni żgur li hemm iktar
flessibilità u libertà ta’ manuvrar. Dan iħajjar u jmexxi lejn iktar djalogu,
diskussjoni u preparazzjoni għall-futur. Preparazzjoni li tibni prattika ta’
proċedura li biha dak li jiġi deċiż fl-opposizzjoni jkun l-istess fil-Gvern u għalhekk
mhux b’impożizzjoni iżda b’diskussjoni. Dan sar kull darba mill-Partit
Nazzjonalista u kien dejjem il-katalist għall-bidla.
5. Huwa proprju għalhekk li
nemmnu li t-tmexxija tal-pajjiż trid tkun verament iktar parteċipattiva - waħda
li tiftaħ il-bieb sabiex wieħed jasal għas-sewwa. Proprju iktar għalhekk li qed
jiġu organizzati iktar diskussjonijiet politiċi fil-każini tal-partit u barra
minnu. Hemm udjenzi varji li jirfsu l-għatba ta’ dawk l-bibien. Hemm min jiġi għall-kumpanija
u hemm min jiġi sabiex jisma, jistaqsi u jitkellem. Il-mediċina t-tajba u
demokratika li tfejjaq u tipprotegi mill-ħsibijiet monarkiċi jiġu minn dawn
l-esperjenzi.
6. Presentement t-tmexxija
tal-pajjiż qegħda evidentement f’idejn persuni li, proprju minħabba l-maġġoranza
kbira li kienu gabu tlett snin ilu, jaħsbu li xejn ma huwa sejjer imisshom. Ħadd
wara ħadd b’folol numerużi il-messagg li jintbgħat barra huwa iktar u iktar dan.
Dan huwa evidenti bejn fuq naħa l-apparenti konfort li minkejja dak li qiegħed
iseħħ xorta waħda hemm appoġġ popolari u fuq l-oħra l-aljenazzjonijiet fuq dak
li ħadd ma jippretendi li jisma’.
7. Għal min isegwi, kull nhar
ta’ Ħadd qiegħed joħroġ iktar li hemm żewġ forom ta’ realtajiet. Fuq naħa l-gvern
li qiegħed jaħrab mill-problemi li ħoloq u ġab huwa stess, fuq l-oħra l-oppożizzjoni
li titkellem fuq dak li qiegħed iseħħ. Iktar u iktar dan huwa ċar għax il-pajjiz
qiegħed, mertu tal-messaġġi tal-oppożizzjoni, jifhem li hawn tmexxija żbaljata.
Dak li huwa dmir sar issa strument vitali u effettiv sabiex d-demokrazija tkun
b’saħħitha u ma jikbrux dawk li qed jissudaw fil-ħsibijiet monarkiċi tagħhom.
8. Wieħed jifhem u jiġġustifika
aktar għalhekk għala l-Partit Nazzjonalista ħass li tul l-ġimgħa kellu jgħolli
iktar leħnu sabiex jiddefendi lill-membru parlamentari tiegħu, Jason Azzopardi.
Jaqbeż u fl-istess ħin jikxef aġir żbaljat. Jaqbeż għall-membru tiegħu għax
hekk huwa s-sewwa. Jikxef l-aġir ta’ tmexxija żbaljata li hija mmirata li tintimida,
tbeżża u ssikket lill-oppożizzjoni milli ssemma leħinha u turi x’inhija
r-realtà preżenti. Għax il-pajjiż haqqu li jkollu Gvern li jmexxi sewwa. Għax it-tmexxija
tal-pajjiż għandha tkun f’idejn demokratiċi li jmexxu f’isem il-ġid
komuni.
No comments:
Post a Comment