1. Għaddiet kważi ġimgħa diġà u l-pajjiż għadu
qiegħed jiddiskuti dak li, għal tlettax-il siegħa, kien is-suġġett ta’
dibattitu parlamentari. Tressqu diversi
argumenti. Inġiebu diversi
konsiderazzjonijiet. Kien hemm ukoll, fl-aħħar,
vot favur il-Gvern tal-ġurnata. Kien
hemm ukoll min, l-għada filgħodu, ħa n-nifs għax ħaseb li l-argument kien
midfun. Imma l-fatti, iċ-ċirkostanzi ta’
dak kollu li seħħ, flok naqqsu jew qatgħu żammew l-affarijiet għaddejja. Il-poplu baqa’ mhux sodisfatt minn dak li ra
u sema’.
L-ghazliet t-tajba.
2. L-bniedem mhux semplici anzi huwa komplikat.
Jimmagina li jaf iktar milli jkun. Jahseb li jkun lahaq iktar milli fil-fatt
jkun. L-ghar li jitlef d-direzzjoni ghax jdahhal f’rasu li kapaci jikkontrolla
u jinfluenza d-dinja. L-ghazliet fil-hajja ma humiex facili anzi huma difficili
, aktar u aktar ghal min qieghed fil-poter. Kif qrajt tajjeb dan l-ahhar “Every human has
difficulty conquering ignorance and making good choices.” Quddiem dak li sehh
f’dawn l-ahhar xhur li fihom il-Gvern dahhal lilu nnifsu fi sqaq wiehed
jistaqsi l-ghazliet tieghu kienu u huma tajba.?
Accettabbli
ghall-poplu?.
3. Kien
hemm dibattitu parti genwin u parti le fis-socjeta fuq jekk u kif kellha issir
l-mozzjoni tal-opposizzjoni. Kien hemm min pprova jdahhal d-dubbju. Kien hemm
min ghal raguni u ohra ma qabilx. Dan kien u jibqa ezercizzju b’sahtu u tajjeb.
Hadd ma jistgha jippretendi li ma ghandux jkun suggett ghall-iskrutinju
tal-opinjoni pubblika. Biss din kienet bicca mill-kwistjoni. Kienet marbuta ma
l-process ta’ metodologija, liema triq demokratika ttiehed izda mhux fuq
is-sustanza tas-suggett dibattut. Fuq dan r-rizultat
mit-tlieta l-quddiem kien li ftit kienu dawk li kienu sodisfatti u allura
l-argumenti tal-Gvern accettati.
Dritt tal-Istat.
4. Fit-twettiq
tal-gid komuni temporali l-Istat ghandu d-dritt li jipprova jikseb zewg
elementi importanti l-paci u l-prosperita tas-socjeta. Biex tigi preservata
l-paci hemm bzonn ta’ principji etici, ligijiet li jistabilixxu l-ordni bejn
il-bnedmin u bejn l-istess Stat u c-cittadini tieghu. Hemm fuq kollox funzjoni
legittima li thajjar u tmexxi lill-membri taghha fuq nahha li jsiru cittadini
ta’ rieda tajba fuq l-ohra li trazzan u ccanfar dak li ma humiex. Kif qrajt “It has a
legitimate function in motivating its members to become good citizens of those
of good will and a justice system to punish those of bad will.”
Dmirijiet
l-Gvernijiet.
5. Kull
min qieghed fil-poter ghandu numru ta’ dmirjiet ukoll li l-elettorat jippretendi
li jwettaq. L-iktar importanti huwa dak li wiehed jispjega dak li jkun qieghed
jsir u ghala. Kull Gvern jkollu diversi kurrenti ghaddejja f’kull ministeru.
Fuq kull wiehed ghandu dan id-dmir illustrattiv biss nhar t-tnejn kien hemm
mozzjoni u opposizzjoni titkellem fuq suggett u n-nahha tal-poter tahrab minnu.
Kien fi stat ta’ dak li Herman Melville kien tant kapaci fih “escapism”. Harba minn dak li ghandu jispjega.
Anzi ahjar ma naffrontawx dak li waqqaf n-normalita socjali fil-pajjiz.
Ma hemmx normalita.
6. T-tattika,
l-istrategija tal-poter f’dawn ic-cirkostanzi hija hafna mumenti l-istess.
Pprova aljena lill-poplu u ghati x’tifhem li xejn ma huwa jaffettwak. Dak li
qieghed jingieb quddiem d-dawl tax-xemx jigi mwarrab fil-gemb qisu ma jesistix.
Rajna iktar sforzi f’dan fejn kull karta intlabet u ser tibqa tigi biex b’xi
mod jew iehor jixxellef mill-importanza. Hemm drabi meta dan jirnexxi ohrajn
le. Jiddependi minn kemm tkun gravi is-sitwazzjoni. U l-prova taghha tohrog
meta minkejja li jghaddu l-jiem xorta l-argument jerggha jitla wahdu lura
fil-wicc.
Konsegwenza normali u cara.
7. L-mozzjoni
tat-tnejn weldet iktar inkwiet specjalment f’dawk li kienu sajmin mill-gravita
taghha. Weldet iktar l-kongetturi ta dak li ser jigri issa. Dak li tista twettaq
l-opposizzjoni issa waqa pass lura biss kiber ferm iktar x’ser jaghmel fil-pass
li jmiss l-Gvern. Ghax l-vot serva biex jinghalaq d-dibattitu parlamentari
t-tnejn fil-ghaxija imma accerta li aktar persuni ta rieda tajba jistennew
azzjoni proprju ghax saru jafu iktar l-fatti. Dak li sehh ma hemmx dubbju li
l-poplu ser jkompli jitkellem dwaru u l-Gvern
jkompli jahirbu. Normalita ma giebx anzi zied iktar fil-konfuzjoni u
f’dan fl-instabilita’.
Sejrin lura jew l-quddiem?.
8. Min huwa maqtuh
mir-rejalta ta kull gurnata jistgha jkompli jinjora s-sitwazzjoni. Biss min
jghix mal-elettorat tieghu jgharaf li billi d-decizjonijiet jibqu ma jittiehdux
fl-interess nazzjonali lura mhux l-quddiem sejrin. Minn Frar li ghadda dahlet
l-atmosfera ta stennija li nsibu qabel appuntamenti elettorali kbar. Sal-lum
ghadha ma telqitx. Il-hajja ma gietx lura ghan-normal baqghet agitata. Baqghet
tinkwieta u ddejjaq lin-nies. Dan ghax nghidu x’nghidu u niktbu x’niktbu l-poplu
fil-maggoranza tieghu lejn u ghas-sewwa jhares u jrid li jitwettaq. Hemm mmorru verament
l-quddiem ghan-normal.
No comments:
Post a Comment