22.2.20

RAPPREŻENTANZA PERMANENTI TA’ MALTA F’ĠINEVRA - ĦIDMA.




12452. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista l-Ministru jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta f’Ġinevra?

17/01/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Tul is-sena li għaddiet, ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta f’Ġinevra għamlet xogħol siwi ħafna sabiex tagħti l-viżibbilta’ mistħoqqa lill-pajjiżna, billi tipromwovi l-inizjattivi u tissalvagwardja l-pożizzjonijiet nazzjonali tagħna fi ħdan il-Ġnus Magħquda u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali f’Ġinevra. Din ir-Rappreżentanza Permanenti tipparteċipa ta’ kull ġimgħa f’bosta konferenzi u laqgħat imħejjija mill-Ġnus Magħquda u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali f’Ġinevra, kif ukoll fil-laqgħat ta’ ko-ordinazzjoni msejħa mill-Unjoni Ewropea fil-level ta’ Ambaxxaturi u dak tekniku.

Fl-2019 ir-Rappreżentanza Permanenti attendiet 751-il laqgħa.

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar l-oqsma varji li jiġu koperti minn din ir-Rapreżentanza.

Seduta  296
05/02/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...