12423. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà
Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm
rapporti ta’ delitti reġistrati fl-Għassa tal-Fgura tul is-sena li għaddiet u
kemm kien hemm rapporti ta’ serq fl-istess lokalità?
17/01/2020
ONOR. BYRON
CAMILLERI: ‘Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti li seħħew u
ġew reġistrati mal-Pulizija għal-lokalità tal-Fgura fis-sena 2019 kien ta’
tliet mija u tmienja u tletin (338) każ.
Minn dawn mija u sebgħa u ħamsin (157) kienu każijiet ta’ serq.’
Seduta 291
27/01/2020
No comments:
Post a Comment