4.2.20

AMBAXXATA TA’ MALTA FIN-NETHERLANDS - ĦIDMA




12428. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret tul is-sena li għaddiet mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa The Hague fin-Netherlands?

17/01/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li l-hidma li saret tul is-sena li għaddiet mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa The Hague fin-Netherlands kienet:

Bilaterali

·              Żjara tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Olandiż E.T. Stef Blok f’Malta 9-10 ta’ Jannar, 2019.
·              Żjara ta’ Uffiċjali Għolja tal-MCAST (Kulleġġ Marittimu) fl-Olanda (24-27 ta’Frar) bil-għan li jiġu stabbiliti kuntatti bejn l-MCAST u Kulleġġi Olandiżi impenjati fl-istess oqsma.
·              Ħidma biex jiġi stabbilit arranġament reċiproku ta’ sossten mal-Olanda għall-kandidatura ta’ Malta fl-IMO (International Maritime Organisation).
·              Żjara tal-Kap tas-Servizzi tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei fl-Isptarijiet ta’ The Hague u Rotterdam biex tigi stabbilita koperazzjoni f’ dan il-qasam.
·              Laqgħat ma’ Uffiċjali Għolja fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Olandiż dwar il- kandidatura ta’ Malta għal siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda 2023/2024.
·              Sensiela ta’ laqgħat ma’ diversi Membri tal-Gvern u Uffiċjali Għolja fl-amministrazzjoni nazzjonali u reġjonali Olandiża (eż. Leeuwarden, Twente,Noordoostpolder, Emmeloord, Delft….) kif ukoll fl-organizzazzjonijiet Internazzjonali stabbiliti f’The Hague.
·              Assistenza mogħtija lid-delegazzjoni tal-President tar-Republikka l-Onor. George Vella waqt żjara fl-Oland ghall- <World Forum for the Culture of Peace - Peace Education for the Protection of Cultural Heritage in Iraq and Yemen> (Ġunju 2019). Sar ukoll riċeviment mill-President tar-Republikka l-E.T George Vella għall-komunita’ Maltija fl-Olanda .
·              Ħidma għas-sapport tal- Olanda għall-kandidatura ta’ Prof. David Attard sabiex jerġa’ sservi fit-Tribunal Internazzjonali dwar il-Liġi ta l-Baħar (ITLOS) waqt l-elezzjonijiet ta’ Ġunju 2020.
·              Riċeviment tal-Jum Nazzjonali ta’ Malta miftuħa għal-komunita’ maltija u diplomatika, kif ukoll uffiċjali għolja tal-amministrazjoni Olandiża u għaqdiet internazzjonali bbażati fil-pajjiż.    
·              Assistenza mogħtija lil-eks Segretarju Parlamentari għas-servizzi finanzjarji, ekonomija diġitali u innovazzjoni l-Onor. Silvio Schembri waqt il-participazzjoni tiegħu fl-AI Summit f’Zandaam (Ottubru 2019).
·              Assistenza mogħtija lil-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-saħħa l-Onor. Chris Fearne waqt il-partiċipazzjoni tiegħu fir-raba’ edizzjoni tal- f ‘Amsterdam (Novembru 2019).
·              Assistenza mogħtija lil delegazzjonijiet Maltin – kemm dawk li kienu fi-transit kif ukoll oħrajn li kienu fl-Olanda ghall-laqghat teknici.
·              Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fil-kungressi tal-partiti politiċi Olandiżi.
·              Laqgħat ma’ membri Parlamentari Olandizi.
·              «Monitoring» tas-sitwazzjoni politika fl-Olanda u d-Danimarka u tal-media Olandiża u Daniża.
·              Parteċipazzjoni f’diversi avvenimenti kulturali, ekonomiċi, politiċi u diplomatiċi  organizzati minn entitajiet u  Ministeri Olandiżi u mill-korp diplomatiku f’The Hague bħala parti mill-ħidma diplomatika ta rutina.
·              Preżentazzjoni tal-Kredenzjali lir-Reġina Margrethe tad-Danimarka mill-Ambaxxatrici Marlene Bonnici (Marzu 2019).

Kummerċjali

Matul l-ewwel seba’ xhur tas-sena 2019, l-Ambaxxata kellha wkoll ufficjal tal-Malta Enterprise.  Ix-xoghol tal-Malta Enterprise mhux parti minn din ir-risposta.

·              Żjara f’Emmeloord u l-inħawi fil-qrib biex ikomplu jissaħħu l-kuntatti mal-kumpaniji li jimportaw il-patata minn Malta.
·              Żjarat fil-portijiet ta’ Amsterdam u Rotterdam bil-għan li jigu stabbiliti kuntatti kummercjali.
·              Għajnuna lill-kumpaniji Maltin biex jesportaw lejn / isibu suq  fl-Olanda.
·              Kuntatti ma’ Uffiċjali fl-ajruport ta’ Schiphol bil-għan li jiżdiedu « landing slots » għall-Air Malta.
·              Żjarat u kuntatti ma’ entitajiet li jieħdu ħsieb l-entraprizi Olandizi bhal Netherlands Enterprise Agency.
·              Żjarat f’kumpaniji kummercjali li qegħdin minn ta’ quddiem fl-innovazzjoni agrikola.

Kulturali

·              Kuntatti mar-Rijksmuseum van Oudheden fil-Belt ta’ Leiden bil-għan li ssir wirja tal-monumenti pre-istoriċi Maltin fl-istess Mużew fis-sajf 2021.  Dawn il-kuntatti ssarfu f’ diversi  żjarat ta’Uffiċjali Għolja tal-Mużew Olandiż f’Malta fejn saru laqgħat mal-Heritage Malta kif ukoll fi żjarat ta’ Uffiċjali Għolja tal-Heritage Malta f’Leiden  bħala parti mill-preparamenti għall-wirja.
·              Stabbiliti kuntatti mad-diriġenti tal-Orkestra taż-Żgħażagħ ta’ Almere  bil-għan li tieħu sehem f’ diversi kuncerti  f’Malta.  F’Lulju 2020
·              Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata f’seminars għal studenti tal-Akkademja tal-Liġi Internazzjonali (li tinsab f’The Hague).Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fis-sessjoni THIMUN 2019
·              Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata f’seminar għal studenti ta’ l-ewwel sena tal- Liġi Internazzjonali ta’ Leiden (Awissu 2019).
·              Parteċipazzjoni fil-attivatijiet tal-Jum Ewropew tal-Lingwi 2019 f’ The Hague u Rotterdam (Settembru 2019).
·              Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata f’seminar għal studenti ta’ l-ewwel sena tal- Liġi Internazzjonali ta’ l-Universita’ ta’ Tilburg (Novembru 2019).
·              Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fl-inizzjativa  
·              Partecipazzjoni tal-Ambaxxata f’inizzjativa kultrali tal-membri ta’ l-istaff tal-ICC dwar l-istorja, lingwa, kultura’ u l-ikel Malti (Novembru 2019).  
·              Żjara fl-Universita ta’ Groningen bil-għan li tissaħħaħ il-koperazzjoni ma’ Malta.
·              Parteċipazzjoni fil-laqgħat u attivitajiet tal-EUNIC

Konsolari

·              L-Ambaxxata ta’ Malta f’ The Hague sservi bhala Konsolat. 
·              Ħidma biex jiġi identifikat Konslu Onorarju ġdid għar-reġjuni ta’ « North Brabant ; Zeeland, Limburg u Utrecht fl-Olanda kif ukoll ieħor fir-reġjun ta’ Zeeland (Copenhagen) fid-Danimarka.  Fl-2019 giet konkluza l-procedura ghall-Konslu f’Copenhagen waqt li dik ghall-Konslu għar-reġjuni ta’ « North Brabant ; Zeeland, Limburg u Utrecht fl-Olanda kienet waslet fistat avvanzat.
·              Kuntatt kontinwu mal-Awtoritajiet  Olandiżi   waqt l-attakk terroristiku li sar f’Utrecht f’Marzu, 2019, biex jiġi stabbilit kienx  hemm ċittadini Maltin li nqabdu fl-attakk.
·              Informazzjoni dwar visas, passaporti, ċittadinanza.  Tiġdid ta’ numru ta’ passaporti.  Maħruġa numru ta’ passaporti ta’ emerġenza .
·              Assistenza fil-proċess ta’ applikazzjoni ta’ passaporti kif ukoll registrazzjoni ta’ twelid, żwieġ, u mewt lil-komunita’ Maltija fl-Olanda, Danimarka u l-Isvezja.
·              Għajnuna lil ċittadini Maltin fl-Olanda, d-Danimarka, Norveġja u l-Isvezja.
·              Fost l-iktar servizzi li jintalbu nsibu li ġejjin :

Birth registration / Reġistrazzjoni tat-twelid
6
Marriage/ Divorce registration / Reġistrazzjoni taż-Żwieġ / Divorzju
4 li 2 minnhom huma RZ2
Citizenship application / Applikazzjoni taċ-Ċittadinanza
3
Power of attorney / Prokura
Nil
Legalisation of documents / Legalizzazzjoni ta’ dokumenti
2
Declaration on oath / Dikjarazzjoni bil-ġurament
8 li minnhom 5 huma parti mill-pakkett ta’ Dokumenti ta' Vjaġġar f'Emerġenza maħruġ kemm lill- Maltin kif ukoll lir- refuġjati u 3 huma parti mill-pakkett tal- Applikazzjoni għaċ-Ċittadinanza
Passport applications / Applikazzjonijiet tal-passaport
49 li minnhom 2 ġew finaliżżati f’Jannar 2020
Emergency Travel Documents / Dokumenti ta' Vjaġġar f'Emerġenza maħruġ kemm lil Maltin kif ukoll lil refuġjati
5
Diplomatic passports / Passaporti diplomatiċi
nil
Enquiries received on requirements for visa to Malta / Inkjesti li waslu dwar rekwiżiti għal viża għal Malta.
Telephone inquiries only
Facilitation of visa for Maltese through Embassy/Għajnuna lil Maltin dwar viżi


Promozzjoni ta’ Malta

·              Parteċipazzjoni ta’ membri tal-Ambaxxata fil-fiera tat-turiżmu Vakantiebeurs f’Utrecht, (Jannar 2019).
·              Żjarat f’kumpaniji, istituti edukattivi u aġenziji li huma responsabbli mill-investiment u l-kummerċ  fl-Olanda bil-għan li ssir promozzjoni ta’ Malta bħala pajjiż attraenti għall-investiment.
·              Ikla u attivitajiet fir-Residenza ghat-“Tour Operators” Olandizi li jaħdmu biex jbieghu l-prodott Malti.


Oħrajn

Multilaterali:

OPCW

·              Parteċipazzjoni ta’ Malta fil-laqgħat regolari ta’ koordinament (WEOG u EU) dwar ix-xogħol fl-OPCW.
·              Parteċipazzjoni fil-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW (fejn Malta ilha Membru Elett mis-sajf tal-2018): EC-M-62 f’ Jannar 2019; EC-M-63 fi Frar 2019;  EC-90 f’Marzu; EC-M 64 f’Mejju;  EC-91 f’Lulju u l-EC-92 f’Ottubru.
·              Parteċipazzjoni fil-Konferenza tal-Stati Membri tal-OPCW f’Novembru 2019.

ICC

·              l-Ambaxxatriċi Bonnici maħtura bħala “facilitator” tal-baġit tal-Qorti għas-sena 2020.  Diversi laqgħat ma’ Uffiċjali Għolja tad-diversi Organi tal-Qorti biex jitmexxew id-diskussjonijiet tal-baġit.  Dan kien l-ewwel darba li l-Ambaxxata ħadet dan it-rwol li mhux biss irrizulta fi qbil fuq baġit tajjeb iżda qbil li ntlaħaq ġurnata qabel ma kien maħsub.
·              Parteċipazzjoni fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kumitat tal-Baġit li ntaqa’ f’April u Awissu. 
·              Parteċipazzjoni regolari fil-Grupp ta’ Ħidma li jiltaqa’ f’The Hague.
·              Parteċipazzjoni tal-Assemblea’ tal-istati membri ASP-18 f’Diċembru.

HCCH

·              Laqgħat informali tal-baġit (Jannar 2019)
·              Parteċipazzjoni fil-Kunsill Ġenerali tal-HCCH  5-8 Marzu, 2019.
·              Parteċipazzjoni -waqt il-laqgħat tal-“Judgements Project  18/06-02/7, 2019

MLA Initiative

·              Parteċipazzjoni fis-sezzjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-progress li sar dwar l-abbozz tal-Konvenzjoni ntitolata    (Mejju u Ottubru 2019).

ICMP

·              Diversi laqgħat mal-Uffiċjali tal-ICMP f’The Hague dwar il-proġett ta’ kooperazzjoni bejn diversi pajjiżi tal-Mediterran u reġjuni fil-qasam ta’ “Missing Persons” .

Planetary Security Initiative

·              Parteċipazzjoni tal-Ambaxxata fil-laqgħa li saret f’The Hague fi Frar 2019.

UNICRI

Kuntatt mal-Ufficiju l-gdid tal UNICRI f’The Hague.

EU

·              Parteċipazzjoni fil-laqgħat HOMs u laqgħat oħra organizzati mill-Presidenza tal-UE (l-Ambaxxata Rumena u l-Ambaxxata Finlandaiża) f’The Hague kif ukoll mir-Rappreżentanza tal-UE fl-Olanda.
·              Parteċipazzjoni f’diskussjonijiet fuq temi Ewropej mal-Ambaxxaturi  u l-Istituzzjonijiet tal-UE
·              Kuntatti ma’ uffiċjali Olandiżi dwar pożizzjonijiet ta’ Malta f’diversi oqsma fosthom l-immigrazzjoni.
·              Partiċipazzjoni tal-briefing tal-Gvern Olandiż qabel il-Kunsilli ta’ kull xahar tal-FAC, GAC u ECOFIN u l-laqgħat tal-JHA u EUCO. Dan tal-aħħar huwa organizzati mir-Raprezentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’ The Hague.
·              Laqgħat ma’ Uffiċjali tal-Europol u Eurojust.

Seduta  292
28/01/2020


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...