23.2.20

AMBAXXATA TA’ MALTA FIT-TUNEŻIJA - ĦIDMA





12446. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa t-Tuneżija tul is-sena li għaddiet?

17/01/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Qed nelenka hawn taht dettalji dwar il-ħidma tal-Ambaxxata tagħna ġewwa t-Tuneżija tul is-sena li għaddiet:

Bilaterali

·              Żjara Statali li l-President Tuneżin wettaq f’Malta bejn il-5 u s-6 ta’ Frar 2019.  Din iż-żjara saret wara stedina tal-President ta’ Malta b’segwitu għal Żjara Uffiċjali li l-President Emeritus ta’ Malta wettqet fit-Tuneżija f’Novembru 2017.

·              Il-ħdax-il laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta bejn Malta u t-Tuneżija seħħet fl-4 ta’ Frar 2018.  Iż-żewġ Ministri responsabbli għall-Affarijiet Barranin mexxew sessjoni ta’ Konsultazzjonijiet Politiċi.  Iż-żewġ Ministri ffirmaw il-Minuti Maqbula tal-Kummissjoni Konġunta u erba’ Trattati bilaterali fis-setturi tal-Impjiegi, tal-Anzjani, tat-Tfulija u Programm ta’ Kooperazzjoni fis-settur tal-Kultura.

·              L-Ambaxxata kkoordinat il-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Tuneżina fil-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-5+5 li seħħet f’Malta.

·              Bejn l-24 u s-25 ta’ April, l-Onor. Helena Dalli, Ministru għall-Ewropa u għall-Ugwaljanza, żaret Tuneż biex tipparteċipa bħala kelliema fil-Forum dwar l-Ugwaljanza tal-Ġeneru.  Din il-laqgħa tnediet b’kooperazzjoni bejn it-Tuneżija, il-UNDP u UN Women.

·              Matul l-ewwel kwart tas-sena saru preparamenti għall-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni Maltija għall-Assemblée des Cents li seħħet f’Tuneż f’Ġunju 2019 bi tħejjija għas-Sommet des Deux Rives – Laqgħa Għolja bejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Mediterran tal-Punent u djalogu reġjonali ma’ rappreżentanti prominenti  tas-soċjetà ċivili li se seħħet bejn it-23 u l-24 ta’ Ġunju ġewwa Marsilja.  L-Ambaxxata għamlet tħejjijiet għal sessjoni ta’ skambji soċjali bejn id-delegazzjoni Maltija u numru ta’ esponenti Tuneżini li jaħdmu f’setturi simili għal tagħhom.

·              Fis-27 ta’ Lulju L-Eċċellenza Tiegħu George W Vella, il-President ta’ Malta żar it-Tuneżija biex jassisti għall-Funeral Statali tal-President Tuneżin Beji Caid Essebsi. L-Ambaxxata kkordonat din il-viżta. 

·              Saru preparamenti biex tingħata Borża ta’ Studju lil student jew studenta Tuneżin/a biex isegwi/issegwi kors ta’ Master’s Degree fl-Universita’ ta’ Malta.  L-Ambaxxata ikkoordinat l-interviews tal-kandidatipermezz ta’ Skype flimkien mal-Universita’ ta’ Malta. Il-kandidata magħżula bdiet l-istudji tagħha f’Malta f’Settembru 2019.

·              L-Ambaxxata nehdiet Open Day għall-Universita’ ta’ Malta f’Tuneż fis-19 ta’ Settembru 2019.  Ħejjiet ukoll sensiela ta’ laqgħat ma’s stabbilimenti edukattivi li rriżultaw fl-iffirmar ta’ ftehim bejn l-Universita u stabbiliment minnhom bil-għan li studenti Tuneżini ikomplu l-istudji tagħhom Malta. L-Ambaxxata għamlet arranġamenti għal-intervista ma’ esponenti tal-Universita’ fuq stazzjon tar-radju Tuneżin.  L-Ambaxxata qiegħda f’taħditiet mal-MCAST u mal-MCST biex jitfasslu attivitajiet simili.

·              L-Ambaxxata identifkat proġett għal-assistenza fi sptar tat-tfal f’Tuneż. Fuq parir tal-Ambaxxata l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ta’ donazzjoni taħt l-iskema tal-ODA.

·              Il-President Emertuis l-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca żaret it-Tuneżija fir-rowl ta’ President tal-Eurochild u kellha taħdietet mal-awtoritajiet Tuneżini dwar l-organiżżazzjoni ta’ konferenza dwar it-tfal ġewwa Tuneż fl-2020.  L-Ambaxxata assistiet lill-President Emeritus matul iż-żjara. 

·              L-Ambaxxata kkontribwixxiet għall-Electoral Observation Mission tal-Unjoni Ewropea li segwiet l-elezzjonijiet leġiżlattivi u Presidenzjali f’Ottubru u Novembru 2019.

Kummerċjali

·              L-Ambaxxata ta’ Malta żżomm kuntatt regulari u kontinwu man-negozjanti Maltin preżenti fit-Tuneżija.  L-Ambaxxata tagħti appoġġ b’mod regulari lil dawn l-intrapriżi u tagħmel rappreżentazzjonijiet mal-awtoritajiet Tuneżini b’għan li jiġu riżolti intoppi għall-kummerċ.

·              L-Ambaxxata regularment tirċievi talbiet għall-għajnuna ta’ natura varja minn negozjanti kemm Maltin u kemm Tuneżini li jkunu interessati f’kummerċ bilaterali. Numru ta’ negozjanti Tuneżini żaru Malta biex jesploraw possibbilitajiet ta’ kummerċ bilaterali u inveżtiment wara taħditiet mal-Ambaxxata. 

·              L-Ambaxxata ħadet numru ta’ inizjattivi biex tibni kuntatti ġodda ma’ negozjanti u entitajiet kummerċjali Tuneżini li jistgħu jkunu interessati li jesploraw kuntatti bilaterali ġodda.

·              Fl-isfond taż-¯jara Statali tal-President tat-Tuneżija f’Malta, fil-5 ta’ Frar 2019,  ġiet organizzata t-tielet sessjoni tal-Business Forum Malti-Tuneżin li seħħ fil-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija.  Il-ftuħ ġie segwit minn laqgħat bejn intrapriżi u kummerċjanti Maltin u Tuneżini.  
Kulturali 

·              Saru arranġamenti mill-ambaxxata sabiex grupp ta’ kantanti Maltin li għandu numru ta’ segwaċi fit-Tuneżija ta intervista f’rivista kultural lokali.  L-Ambaxxata kienet organizzat kunċert f’Tuneż minn dan il-grupp li kien iffinanzjat mill-Fond għad-Diplomazija Kulturali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. L-istess Riviżta ppublikat interview ma’ mużikologu u mużicista Malti iehor.

·              Saru arranġamenti mill-ambaxxata biex Mużikolgu u mużiċista Malti ta preżentazzjoni tal-proġett Magna ¯mien ġewwa stabbiliment kulturali f’Tuneż. L-Ambaxxata għamlet arranġamenti għal-interviżta fuq stazzjon tar-radju Tuneżin..  L-Ambaxxata qed tassisti fir-riċerka ta’ dan il-proġett li qed jarkivja l-memorji tal-kommunita’ Maltija li għexet ġewwa Tuneż bejn is-seklu dsatax u s-seklu għoxrin.

·              Saru preparamenti għal sessjoni ta’ skambji soċjali bejn esponenti ewlenin  tal-kultura taż-żewġ pajjiżi li seħħet f’Tuneż f’Ġunju 2019.

Konsolari

Birth registration / Reġistrazzjoni tat-twelid
18
Marriage/ Divorce registration / Reġistrazzjoni taż-¯wieġ / Divorzju

Citizenship application / Applikazzjoni taċ-Ċittadinanza                                                                                                                                                                                                                                                
23
Legalisation of documents / Legalizzazzjoni ta’ dokumenti
5
Passport applications / Applikazzjonijiet tal-passaport
16
Emergency Travel Documents / Dokumenti ta' Vjaġġar f'Emerġenza maħruġ kemm lil Maltin kif ukoll lil refuġjati
3
Enquiries received on requirements for visa to Malta / Inkjesti li waslu dwar rekwiżiti għal viża għal Malta.
 Nirċievu mijet ta’ dawn it-tip ta’ mistoqsijiet matul is-sena.

·              F’dan il-perjodu il-konsolat irċieva u pproċessa 482 applikazzjoni għal-viża u ngħatat assistenza lil 5 Maltin biex jirreġistraw it-twelid tagħhom. Irċieva żewġ applikazzjonijiet għal ċittadinanza, applikazzjoni għal Passaport u ngħatat assistenza lil ċittadin Malti li tilef il-passaport waqt btala fit-Tuneżija.  L-Ambaxxata tat assistenza biex persuna Maltija residenti fit-Tuneżija u li mietet Malta tiġi midfuna fit-Tuneżija.

Promozzjoni

·              L-Ambaxxata kkooperat ma’ żewg rivisti biex ġew ippubblikati artikli dwar Malta.

·              Ġiet imnehdija il-Paġna Facebook tal-Ambaxxata.

·              L-Ambaxxata ċċelebrat il-jum nazzjonali fl-20 ta’ Settembru 2019 fl-Lukanda Maltija f’Tuneż. Assistew għal din iċ-ċelebrazzjoni, diplomatiċi residenti f’Tuneż, Ministru u Segretarju tal-Istat Tunezin, il-Maltin residenti f’Tuneż, rappreżentati tas-soċjetà ċivili u ħbieb tal-Ambaxxata.

Seduta  295
04/02/2020


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...