23.2.20

AMBAXXATA TA’ MALTA FIT-TURKIJA - ĦIDMA


 12447. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ Malta ġewwa t-Turkija tul is-sena li għaddiet?

17/01/2020

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-hidma tagħna ġewwa t-Turkija tkopri ix-xogħol li sar kemm mill-Ambaxxata ta’ Malta fit-Turkija, kif ukoll il-Konsolat Ġenerali f’Istanbul li jagħmel parti minnha. Matul l-2019 dan ix-xoghol kien jikkonsisti kif gej:




Bilaterali

Is-sena bdiet biż-Żjara Statali li l-E.T. il-President ML Coleiro Preca għamlet fit-Turkija bejn il-22 u l-24 ta’ Jannar.  It-tħejjijiet kienu ilhom sejrin minn ġimgħat qabel.  Iż-żjara kienet maqsuma fi tnejn, jiġifieri f’business forum f’Istanbul li kien organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ Maltija u DEIK (Foreign Relations Economic Board Tork), li ħadu sehem fih madwar 50 imprenditur minn Malta u numru ftit ikbar ta’ imprendituri Torok.  Kien hemm ukll Tourism Forum organizzat mill-MTA u DEIK.  F’Istanbul il-President kienet milqugħa mill-Viċi President Tork Fuat OktaI u l-Ministru tat-Turismu Tork.  Erba’ Ministri u Segretarju Parlamentari akkumpanjaw lill-President waqt iż-żjara u uħud minnhom kellhom laqgħat mal-Ministri rispettivi fil-qasam tagħhom.  Jakkumpanjaw lid-Delegazzjoni Presidenzjali kien hemm ukoll uffiċċjali taċ-Ċivil minn diversi Ministeri u entitajiet pubbliċi.  Iż-żjara kompliet f’Ankara fejn, minbarra ċ-Ċerimonjal Statali, tqegħid ta’ kuruna tal-fjuri fil-Mafkar ta’ Ataturk, kien hemm laqgħat mal-E.T. il-President Recep TaIIip Erdoðan, l-iSpeaker BinalI IIldIrIm u mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Mevlüt Çavuþoðlu.  Iż-żjara ntemmet b’konferenza konġunta għall-Istampa u Pranzu Statali. Għan-naħa Maltija, t-tħejjijiet saru kollha mill-Ambaxxata ta’ Malta u l-Konsulat f’Istanbul, li kellhom s-support meħtieġ mit-Taqsima tal-Protokoll tal-Ministeru tagħna kif ukoll l-Uffiċċju tal-President.

Fejn jidħlu relazzjonijiet bilaterali, l-Ambaxxata għamlet u ikkordinat xogħol li kien qiegħed isir bejn Ministeri diversi bil-għan li jitkattru r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.  Fost dawn l-attivitajiet ta’ min isemmi l-MOUs dwar Koperazzjoni fl-oqsma tal-Edukazzjoni, s-Saħħa u Xjenzi Mediċi, tax-Xogħol u l-Kummerċ.  Il-ħidma biex dawn l-MOUs jissarrfu f’benefiċċji għaż-żewġ naħat għadha għaddejja.  Żjara li l-Ministru għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima għamel f’Ankara biex jipparteċipa f’Konferenza Internazzjonali dwar il-Klima f’Ġunju 2019 kienet il-bidu ta’ inizzjattiva li se tissarraf f’għotja ta’ eluf ta’ siġar mit-Turkija lil Malta biex jitħawlu f’masġar ġdid f’Bengħisa.

l-Ambaxxata, taħt id-direzzjoni tal-Ministeru, kellha ukoll sehem f’taħdidiet biex Malta u t-Turkija jappoġġjaw lil xulxin biex pajjiżhom ikun rappreżentat f’fora internazzjonali f’Aġenziji tan-Nazzjonijiet Magħquda u organiżżazzjonijiet reġjonali.    

L-Ambaxxata ikkordinat mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Tork biex erba’ diplomatiċi żagħżagħ Maltin jingħataw taħriġ fid-diplomazija fl-Akkademja Diplomatika tat-Turkija.  Dan it-taħriġ hu utili ħafna għad-diplomatiċi żagħżagħ tagħna meta wieħed iqis li qiegħed jingħata f’pajjiż li l-Korp diplomatiku tiegħu hu wieħed mill-akbar fid-dinja.

Fis- 17 ta’ Diċembru 2019 saru konsultazzjonijiet politiċi f’livell tekniku fl-Ankara, fejn ġew diskussi diversi suġġetti, fosthom ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u t-Turkija, l-adeżjoni tat-Turkija fl-UE, negozjati għall-ftehimiet pendenti u kandidaturi, u l-pożizzjonijiet taż-żewġ pajjiżi dwar affarijiet reġjonali bħall-LibIa, is-Sirja u l-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani.

Kummerċjali

Mill-aspett kummerċjali u industrijali, l-Ambaxxata laqgħet għandha imprendituri Torok u iddiskutiet magħhom l-ambjent kummerċjali u finanzjaru ta’ pajjiżna u l-potenzjal tiegħu. Uħud minn dawn l-inizjattivi servew biex kumpaniji Torok fis-setturi tal-avjazzjoni u l-moda fetħu fergħat jew irreġistraw sussidjarji tagħhom f’Malta.  F’dan l-istess kuntest, Malta Enterprise, l-MTA u FELTOM sabu l-appoġġ tal-Konsulat  tagħna biex jorganiżżaw attivitajiet ta’ marketing f’Istanbul.  L-Ambaxxata għenet ukoll kumpaniji Maltin ikunu jafu aħjar kumpaniji Torok li magħhom kienu qegħdin jippjanaw biex jagħmlu negozju.

Kulturali

Mill-aspett kulturali, ta’ min isemmi l-attività interessanti li l-MTA organiżżat f’Koç Museum f’Istanbul fejn il-mistednin kielu ikel li tħejja skont riċetta li nstabet fuq ġifen Ottoman wara li dan kien inħataf mill-kursari Maltin fit-18-il seklu. Għal dan l-avveniment l-MTA kellha s-support tal-Konsulat tagħna f’Istanbul u ta’ Heritage Malta.  Għal Jum Malta, li l-Missjonijiet Diplomatiċi Maltin qegħdin jiċċelebraw annwalment fil-ġimgħa tal-Indipendenza, kemm l-Ambaxxata f’Ankara u l-Konsulat f’Istanbul taw riċevimenti separati għall-okkażjoni.  Għal dawn r-riċevimenti attendew awtoritajiet governattivi, Ambaxxaturi u/jew Konsli, imprendituri u ħbieb. Fil-parti l-kbira, dawn ir-riċevimenti kienu sponsorjati minn kumpaniji torok u entitajiet pubbliċi Maltin. 

Konsolari

Il-Konsulat f’Istanbul kien impennjat bl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-visas, dokumenti ta’ emerġenza u assistenza lil ċittadini Maltin skont il-ħtieġa (ara t-tabella mehmuża). Il-Konslu Ġenerali irrapreżenta lill-pajjiżna f’bosta attivitajiet li saru f’Istanbul. Il-Konsolat ħadem ukoll biex jitkattru relazzjonijiet tajba ma’ business persons Torok l-aktar dawk fis-settur marittimu, kif ukoll ma’ awtoritajiet governattivi bħall-Gvernatur u s-Sindki. L-Ambaxxata għamlet użu wkoll miż-żewġ Konsli Onorarji li pajjiżna għandu f’Izmir u f’AntalIa. Meta jinqala’ il-bżonn, dawn iż-żewġ Konsli Onorarji dejjem sibnihom ta’ għajnuna.

Birth registration / Reġistrazzjoni tat-twelid
2
Marriage / Reġistrazzjoni taż-Żwieġ
1
Citizenship application / Applikazzjoni taċ-Ċittadinanza
0
Power of attorneI / Prokura
In-numru ta’ dokumenti għall-Power of AttorneI li jirċievi l-Konsolat huwa inkluz fin-numru tal-Legalizzazzjonijiet.
Legalisation of documents / Legalizzazzjoni ta’ dokumenti
434
Declaration on oath / Dikjarazzjoni bil-ġurament
0
Passport applications / Applikazzjonijiet tal-passaport
15
EmergencI Travel Documents / Dokumenti ta' Vjaġġar f'Emerġenza maħruġ kemm lil Maltin kif ukoll lil refuġjati
0
Diplomatic passports / Passaporti diplomatiċi
0
Enquiries received on requirements for visa to Malta / Inkjesti li waslu dwar rekwiżiti għal viża għal Malta.
Dawn l-inkjesti jaslu kuljum b’mezzi telefoniċi jew inkella bl-imejl.
Facilitation of visa for Maltese through EmbassI/Għajnuna lil Maltin dwar viżi
Il-Konsolat ma joħroġx viżi Torok għal ċittadini Maltin, iżda meta jkun hemm rikjesta għall-informazzjoni il-Konsolar jidderiġi l-mistoqsija lejn il-paġna tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija, fejn ikunu jistgħu japplikaw għal e-visa għat-Turkija.
Total Visa Applications processed
5562
VIP Assistance to Maltese Dignitaries
37


Oħrajn

Matul l-2019, l-Ambaxxata u l-Konsulat saħħew il-ħidma tagħhom billi l-Ministeru għoġbu jżid l-iStaff fiż-żewġ postijiet.  Għal sitt xhur, il-Konsulat kien mgħejjun minn First SecretarI li eventwalment ingħaqdet mal-Ambaxxata f’mod permanenti, filwaqt li l-istess Konsulat impjega persuna lokali oħra b’kuntratt temporanju bil-ħsieb li dan isir impieg permanenti.  Ix-xogħol fil-Missjoni Diplomatika tagħna fit-Turkija, kemm f’Ankara u f’istanbul qiegħed jiżdied.  Għalhekk, dan it-tisħieħ fl-iStaff hu mija fil-mija ġustifikat u qiegħed jissarraf f’ħidma sfiqa għal Malta f’pajjiż li għandu potenzjal enormi, li qiegħed jiżviluppa u b’influenza politika qawwija fil-Mediterran u fir-reġjuni tal-madwar.  

L-Ambaxxatur u l-mara tiegħu ħadu sehem ukoll f’bosta attivitajiet semi-uffiċjali bħal riċevimenti mogħtija minn Ambaxxati oħra fil-jiem nazzjonali tagħhom, attivitajiet kulturali, attivitajiet ta’ karita’, kampanji favur l-ambjent u taħwil ta’ siġar u car-free daIs. 

F’Novembru, l-Ambaxxatur u l-Konslu ikkordinaw mal-awtoritajiet Torok u tan-Nunzjatura tal-Vatikan f’Ankara dwar żjara qasira li l-Arċisqof ta’ Malta għamel f’Istanbul.  Ħadna l-okkażjoni biex Mons Arċisqof jagħmel żjara lil Kunvent tas-Sorijiet tal-Karita’ fejn hemm iservu żewġ sorijiet Maltin li jagħtu kenn lill-anzjani irrispettivament mit-twemmin li jħaddnu.

Bħala Ambaxxata ta’ pajjiż membru tal-UE, l-Ambaxxata Maltija tkun impenjata b’mod regolari f’ħidma li d-Delegazzjoni tal-UE fit-Turkija tkun qegħda tagħmel biex tippjana, tippreserva u tiżviluppa r-relazzjonijiet mat-Turkija bħala pajjiż kandidat għas-sħubija.  Din mhix ħidma faċli, għal ħadd.  Tirrekjedi rapportar kontinwu u pariri lill-Ministeru tagħna dwar dak kollu li jkun qiegħed iseħħ f’dan il-pajjiż daqshekk dinamiku.  L-Ambaxxatur jipparteċipa ukoll fi żjarat li d-Delegazzjoni tal-UE tagħmel minn żmien għal żmien f’reġjuni differenti tat-Turkija fejn l-UE tkun qegħda tiffinanzja proġetti li minnhom tibbenefika t-Turkija anki sabiex il-pajjiż jitħejja kemm jista’ ikun għal relazzjonijiet iktar b’saħħithom mal-UE.

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija kien suġġett li tqajjem ukoll fil-Konsultazzjonijiet Politiċi fil-livell ta’ Direttur Ġenerali li saru bejn Malta u t-Turkija fis-17 ta’ Diċembru f’Ankara, fejn kienu diskussi wkoll ir-relazzjonijiet bilaterali, s-sitwazzjoni fis-Sirja, t-tħaffir għal riżorsi naturali madwar Ċipru u s-sitwazzjoni fil-Libja.

F’Ottubru 2019, l-Ambaxxata mxiet minn fejn kienet fl-istess binja fejn hemm stazzjonata d-Delegazzjoni tal-UE u marret f’post ġdid ikbar fid-daqs u naqra iżjed ċentrali.  Din il-bidla seħħet mingħajr ma kien hemm il-ħtieġa ta’ spejjeż kbar.  Dan ix-xogħol sar b’appoġġ mill-Ministeru. 

Seduta  295
04/02/2020


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...