23.2.20

IL-FGURA - UFFIĊĊJU TAS-SIGURTÀ SOĊJALI - ĦADDIEMA


 12876. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista’ jindika kemm persuni wżaw is-servizz tal-post tul is-sena 2019?

05/02/2020

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 2 impjegati li jagħtu s-servizz lill-pubbliku matul il-ġimgħa kollha u manager li tattendi t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, sabiex ukoll tagħti servizz lill-pubbliku. Matul l-2019 kien hemm 2,888 persuna li kellhom b¿onn servizz. Minbarra l-2,888 persuna, kien hemm għadd ta’ klijenti oħra li rrikorrew fl-uffiċċju distrettwali imsemmi għall-informazzjoni ġenerali fuq sigurtà soċjali. Dawn tal-aħħar ma jiġux irreġistrati b’mod formali għal fini ta’ rekords.

Seduta  299
17/02/2020



No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...