22.2.20

KUNSILL TAS-SIGURTÀ TAL-ĠNUS MAGĦQUDA - ĦIDMA






12824. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12414 u 11921 u jgħid x’ħidma kompliet issir tul is-sena 2019 u x’ħidma beħsiebha ssir tul din is-sena  sabiex pajjiżna jottjeni siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda?

04/02/2020




  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-Mistoqsijiet Parlamentari 10541 u 12434.

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020 ser jingħata bidu formali tal-kampanja ta’ Malta għal siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà skond il-prassi stabbilità fin-Nazzjonijiet Magħquda. Dan jinkludi li jkun varat il-logo u s-slogan magħżul, it-temi prinċipali li fuqhom Malta ser tippreżenta ruħha, kif ukoll titnieda l-kampanja ta’ lobbying mal-192 Stat Membru tan-Nazzjonijiet Magħquda. Attivitajiet oħrajn li jippromovu l-kandidatura u l-viżibiltà ta’ Malta fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda m’humiex esklużi.

Seduta  297
11/02/2020



No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...